MERHBA ~~~ WELCOME

L-ahhar Updates / Latest Updates :- 


L-AVVENT FIL-PARROCCA TAN-NAXXAR 2014

Din is-sena l-Avvent bi tħejjijja għall-miġja tal-Mulej Ġesu’ se jibda l-Ħadd 30 ta’ Novembru u jispiċċa l-Erbgħa 24 ta’ Dicembru qabel il-quddiesa tal-Vġili.  F’dan iż-żmien il-parroċċa tagħna qed toffrilek dawn l-opportunitajiet:

Fil-Ħdud tal-Avvent: 29 ta’ Novembru; 7, 14, 21 ta’ Diċembru, jitkanta t-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum (il-Lawdi) mas-saċerdoti tal-parroċċa fil-knisja parrokkjali fit-8.00am.  Ikun hemm folji apposta biex kulħadd jipparteċipa.

Se jibdew jitqassmu l-folji b’talb u salmi meħudin mill-Uffiċċju Divin sabiex il-familja tqaddes il-Jum tal-Ħadd.  Barra l-quddiesa, il-familji huma mħeġġa jinġabru f’diversi ħinijiet tal-ġurnata tal-Ħadd biex jitolbu flimkien f’darhom.  Din hi inizjattiva li l-parroċċa qed tieħu fl-okkażjoni tas-Sinodu tal-Familja.

Fil-knisja parrokkjali hemm l-envelopes għar-rigal li se nagħtu lid-Dar tal-Anzjani Familja Mqaddsa fi żmien il-Milied.  Tistgħu tieħdu envelope u tirritoranawh bl-offerta tagħkom fis-sagristija.

KUNCERT TAL-MILIED

Il-kunċert annwali tal-Milied mill-kor Iubilate Deo fil-knisja arċipretali din is-sena se jsir it-Tnejn 15 ta’ Diċembru fit-8.00pm.

Programm:
Adeste Fideles – JF Wade
A solis ortu cardine – Josef Bugeja
Joy to the World – Karl Jenkin (solista: Adriana Zammit)

Jieħdu sehem:
il-Kor Iubilate Deo;
il-kor Pueri Cantores (Direttriċi: Daniela Callus);
l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta (leader: Marcelline Agius)

Direttur: Christopher Muscat.
           


(Biljetti jkunu jistgħu jinkisbu - b’xejn – matul il-ġimgħa ta’ qabel mill-Annexe)


****************************** 
 



Hadd 7:     It-Tieni Hadd tal-Avvent: Fit-8.00am Kant tal-Lawdi mas-sacerdoti tal-parrocca.

Tnejn 8:    Solennita’ tat-Tnissil bla Tebgha tal-Vergni Marija L-Immakulata Kuncizzjoni - festa pubblika xieraq li ndaqqsu dan il-jum bis-smigh tal-quddies li jkun bhal nhar ta’ xoghol.

Hamis 11: Jahbat il-285 anniversarju mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja parrokkjali taghna mill-Isqof Paolo Alpheran de Bussan fil-11 ta’ Dicembru 1729.
Fis-7.00pm adorazzjoni animata mid-devoti tal-Hniena Divina.

Sibt 13:     Jum ir-Repubblika – festa nazzjonali u pubblika.  Fil-kappella ta’ Sta Lucija tigi ccelebrata l-festa tal-qaddisa billi ssir quddiesa kantata fil-5.30pm. Issir adorazzjoni ghall-Qdusija tal-Kleru fil-parrocca tal-Gharghur. Tibda fid-9.00pm u tibqa’ sejra sal-11.00pm bl-adorazzjoni.

Hadd 14:   It-Tielet Hadd tal-Avvent: Fit-8.00am Lawdi kantat mas-sacerdoti tal-parrocca. Xieraq li nattendu ghalih.
Fis-6.30pm Koncelebrazzjoni ta’ radd il-hajr immexxija minn Dun Evan Caruana f’gheluq il-ministeru tieghu bhala Arcipriet tal-parrocca. Wara lkoll mistednin fis-sala tal-Oratorju. Hu qed jistieden lill-parruccani kollha biex jissiehbu mieghu f’dan ir-radd ta’ hajr lil Alla.

Infakkru li l-kuncert tal-Milied mill-korijiet tal-parrocca l-Kor Jubilate Deo u Pueri Cantores se jsir it-Tnejn 15 ta’ Dicembru fit-8.00pm fil-Knisja parrokkjali bil-partecipazzjoni tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’ Malta. Min irid jikseb biljetti biex jkun jista’ joqghod fil-kursija jista jaghmel hekk it-Tlieta u l-Hamis li gejjin mill-Annexe bejn is-7.00pm u 7.45pm.

Illum hu l-ahhar jum tal-Bazaar fl-Annexe. Inheggukom biex tidhlu wara din il-quddiesa halli b’hekk tghinu lill-parrocca fil-hidma taghha.

Fil-knisja parrokkjali, quddiem il-presbiterju, hemm l-envelopes ghall-offerti taghkom ghar-rigal li din is-sena l-parrocca se taghti lid-Dar tal-Anzjani li se tkun sodda motorizzata ghall-anzjani indipendenti. Kull sodda tqum €900. ..............ikomplu aghfas hawn 


~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~
QUDDIESA FI TMIEM IL-MINISTERU TIEGHI TA' ARCIPRIET

Nixtieq ninfurmakom li jien se ntemm il-hidma tieghi bhala Arcipriet tal-parrocca tan-Naxxar billi se niccelebra quddiesa ta' Radd il-Hajr lil Alla flimkien ma' huti s-sacerdoti


nhar il-Hadd 14 ta' Dicembru fil-Knisja Arcipretali
fis-6.30 pm

Qed nistieden il-parruccani kollha biex jiehdu sehem mieghi biex flimkien inroddu hajr lil Alla tal-hidma tagħna flimkien f'dawn il-hdax-il sena li ghaddew. Nirringrazzja lil kulhadd tal-koperazzjoni u tal-imhabba li dejjem rajt minkom.

Wara niltaqghu flimkien fl-Oratorju biex insellmu lil xulxin. Filwaqt li nittama li narakhom inselmilkom mil-qalb.

Arcipriet Evan Caruana

**************************************************
*************************************

7th December, 2014

~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~

NOVENA TAL-MILIED

Mill-15 ta’ Diċembru ‘l quddiem tibda n-Novena bħala tħejjija prossima għall-festa tal-Milied.  Fis-6.30pm quddiesa bi ħsieb dwar il-qari tal-ġurnata;
Il-Ħadd 21 ta’ Diċembru fid-9.30am quddiesa tan-Novena għat-tfal kollha animata mill-katekisti.  Il-ġenituri huma mħeġġa jattendu magħhom.
Il-Ħadd 21 ta’ Diċembru fil-11.00am quddiesa tan-Novena għall-familji kollha animata mill-Kummissjoni Familja.

~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~

Ikklikkja fuq l-istampa u tara 'min Nieqa'


********************


REV. KAN. EVAN CARUANA 
L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. għadu kemm habbar li ħatar lil Dun Evan Caruana bħala kappillan tal-parroċċa Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar.
Dun Evan Caruana twieled fit-2 ta' Frar 1959. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ De La Salle, il-Birgu. Kompla l-istudju terzjarji (Filosofija u Teoloġija) fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta.
Dun Evan ġie ordnat saċerdot fil-11 ta' Lulju 1986. Huwa beda l-ħidma pastorali tiegħu fil-parroċċa ta' San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa. Fl-1991 inhatar kappillan tal-parroċċa ta’ Santa Marija, il-Gudja, fejn serva għal 13-il sena. Għal dawn l-aħħar ħdax-il sena huwa kien l-Arċipriet taghna, fil-parroċċa Marija Bambina, in-Naxxar.
Il-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar tiġbor fiha madwar 17,000 persuna f’5,400 familja. Hija akbar mill-parrocca taghna, jigifieri, Fr Evan ser ikollu izjed responsabbilta' u izjed xoghol!;  Ahna l-parruccani Naxxarin ser inhossu n-nuqqas tieghu bil-kbir, wara tant hidma fin-Naxxar;
NAWGURAWLU l-isbah Xewqat u nitolbu ghalih biex il-Mulej jghinu halli jkompli jwettaq dak li Hu jrid minnhu. Grazzi mill-qalb, Fr Evan ta' dak kollu li ghamilt maghna fin-Naxxar. GRAZZI




L-Arcisqof Pawlu Cremona OP hatar il-Dun David Gauci bhala Arcipriet tal-parrocca Marija Bambina, Naxxar
Dun David Gauci twieled fit-2 ta' Marzu, 1965. Huwa rcieva l-edukazzjoni primarja u sekondarja fl-Iskola St. Monica u fis-Seminarju Minuri, Tal-Virtu u l-edukazzjoni post sekondarja fil-kullegg Stella Maris, il-Gzira. Kompla l-istudju terzjarji (Filosofija u Teologija) fil-Fakolta' tat-Teologija fl-Universita ta' Malta

Dun David gie ordnat sacerdot fit-8 ta' Lulju 1994. Huwa beda l-hidma pastorali tieghu bhala vici kappillan fil-parrocca tal-Mosta fejn serva ghal erba snin u wara fil-parrocca ta' H-Attard ghal perijodu ta' sentejn.
Fi-sena 2000 gie mahtur kappillan tal-Parrocca ta' Hal-Lija.
Huwa wkoll kappillan magisterjali tal-Ordni tal-Kavallieri ta' Malta


MERHBA DUN DAVID
**************************
FEATURE IV
 ESPERJENZA FIR-RUMANIJA aghfas hawn


Bejn l-1 u s-17 ta’ Awwissu, grupp ta’ 14-il zghazugh u zaghzugha, il-parti kbira minnhom mill-parrocca taghna, marru Chitila qrib Bucharest biex jahdmu mas-Sisters ta’ Mother Tereza.

Huma gew wicc imb’ wicc ma’ realta’ li ma tantx jiltaqghu maghha f’ Malta.H}admu ma’ tfal b’dizabilta’ severa, drug addicts,  organizzaw kampijiet ghat-tfal tal-gypsies kif ukoll ghamlu xoghol ta’ maintenance fid-Dar tas-Sisters

Il-Hsieb hu li kull sena, grupp ta’ zghazagh mill-parrocca taghna jaghmlu esperjenza simili f’Chitila jew f’postijiet ohra.


aghfas fuq ir-ritratt u tara l-'feature' u ritratti ohra



~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~ 

***************** 

RITRATTI TAL-FESTA TA' MARIJA BAMBINA - 2014

Ikklikkja fuq kull ritratt ta' hawn taht u tara r-ritratti kollha


HRUG TAL-ISTATWA MINN NICCA

 NOVENA LAJCI MPENJATI - Mons JOE ALESSANDRO


 NOVENA LAJCI MPENJATI - Mons JOE ALESSANDRO

 PREZENTAZZJONI TAT-TRABI LIL MARIJA BAMBINA


FESTA TAL-VITORJA MILL-ISTAT - IL-HADD 7 SETTEMBRU 


QUDDIESA FESTA TA' MARIJA BAMBINA

 QUDDIESA FESTA TA' MARIJA BAMBINA


PURCISSJONI TAL-FESTA TA' MARIJA BAMBINA

PURCISSJONI TAL-FESTA TA' MARIJA BAMBINA
~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~ 

FEATURE III     - aghfas hawn
L-ahhar jiem ta' thejjija ghall-Festa ta'
Marija Bambina 2014

ARMAR
aghfas fuq ir-ritratti u tara ritratti ohra

Uhud mill-Abbatini fil-jum tan-Novena ddedikata lilhom

*********************************** 
SPECIAL  FEATURES DWAR IL-PARROCCA


Għall-benefiċju ta’ dawk li jaċċessaw il-website tagħna se nibdew ngħaddulkom xi features minn żmien għal żmien biex ikollkom ideja aħjar tal-ħidma tagħna fil-parroċċa.


FEATURE II - L-ABBATINI FIL-PARROCCA - aghfas hawn 
Bħalissa, l-knisja Parrokkjali għandha mat-30 abbati jservi fiha. 
Huma jkollhom laqgħa ta’ formazzjoni umana u spiritwali kull nhar ta’ Sibt filgħodu kif ukoll attivitajiet soċjali li jgħinuhom jikbru kemm bħala persuni umani kif ukoll bħala insara tajbin.
Min irid idaħħal lit-tifel tiegħu bħala abbatini, ikellem lill-Arċipriet.



FEATURE I

Settur importanti mill-ħidma tal-parroċċa żgur li huma ż-żgħażagħ u l-pre-adoloxxenti. Dawn ir-ritratti juru xi ftit mill-ħidma li ssir miż-żgħażagħ tagħna........ikomplu aghfas hawn 

IKKLIKKJA FUQ IR-RITRATT BIEX TKABBAR U TARA R-RITRATTI L-OHRA 
****************************

ATTIVITA' TAZ-ZGHAZAGH U PRE-ADOLEXXENTI
WAQT 'LIVE-IN'
AGHFAS FUQ IR-RITRATT U TARA RITRATTI OHRA


~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~

FESTA TAL-QALB TA' GESU'
Aghfas fuq ir-ritratt u tara ritratti ohra

FESTA TA' CORPUS DOMINI
Aghfas fuq ir-ritratt u tara ritratti ohra

It-Tfal tal-precett - 14 u 15 ta' Gunju 2014
ikklikkja fuq ir-ritratt u tara izjed ritratti

~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~ 
Il-Pre-adolexxenti li se jaghmlu l-Grizma
Photo courtesy of  Mr. Charles Muscat

Il-Pre-adolexxenti li se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof f’Novembru li ġej miġburin flimkien għall-quddiesa ta’ nhar Pentekoste. Kienu preżenti ukoll il-ġenituri u l-parrini tagħhom.
~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~ 

~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~ 

OLDER FEATURES

Messagg tal-Arcipriet (Is-Sibt 1 ta' Marzu 2014)
Dejjiema - Kortsija - Essenzjali.......aghfas hawn


ARCHPRIEST's MESSAGE  (Is-Sibt 24 ta’ Awwissu 2013 )
Traġedji, Kumdita’, Għeluq... .......aghfas hawn

LILL-INSARA-KATTOLIĊI (Is-Sibt 10 ta’ Awwissu 2013 )

NGOs, Xbiek, Salib it-toroq........ aghfas hawn

WEDDING SEASON… THE RIGHT TIME TO MARRY? - PREPARING FOR MARRIAGE
As the fragility of marriages increases, the lavishness of weddings increases too. Is it a question of investing in form at the expense of substance? 
continue click here...PREPARING FOR MARRIAGE - CLICK HERE 

~~~~~~~~~~~~~~~~~ 

AN EXTRAORDINARY BOOK 
ABOUT 
THE MALTESE MISSIONARY EXPERIENCE 

by FR. JOHN CARUANA 
at MARINGA DIOCESE, BRAZIL
to view/read the whole book - click here
~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~

GIMGHA L-KBIRA - RITRATTI - 18 ta' APRIL 2014 - aghfas hawn
Good Friday Photos - click here
ikklikkja fuq ir-ritratt u tara r-ritratti kollha



HAMIS IX-XIRKA - KONCELEBRAZZJONI SOLENNI - 17 ta' APRIL 2014 
RITRATTI - aghfas hawn
Maundy Thursday Photos - click here 
ikklikkja fuq ir-ritratt biex tara r-ritratti kollha 

KUNCERT KOR JUBILATE DEO - 14 ta' APRIL 2014
RITRATTI - aghfas hawn
ikklikkja fuq ir-ritratt biex tara r-ritratti kollha

HADD IL-PALM - 13 TA' APRIL 2014 - RITRATTI - aghfas hawn
Palm Sunday Photos - click here 
ikklikkja fuq ir-ritratt biex tara r-ritratti kollha 

Tifkira Devozzjoni tal-Vergni Mqaddsa tad-Duluri 

PELLEGRINAGG PENITENZJALI 
TAD-DULURI APRIL 2014 - aghfas hawn
Our Lady of Sorrows Procession - click here
ikklikkja fuq ir-ritratt biex tara r-ritratti kollha
 
~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~ 
TISLIMA LILL-
Kan. Dun Mattew Magri
(ex-Vici Parroku tal-parrocca)
li miet l-Erbgha, 19 ta' Marzu 2014

Ikklikkja fuq ir-ritratt t'hawn taht u tara r-ritratti kollha



RITRATTI TAL-FUNERAL TAL-KAN. DUN MATTEW MAGRI - aghfas hawn 

~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~


IL-MOSTA - IL-GIMGHA, 14 TA' MARZU 2014
ikklikkja fuq ir-ritratt biex tara izjed ritratti



Fost il-kandidati ghas-Sacerdozju hemm James Saydon
mill-parrocca taghna tan-Naxxar
jidher fuq ix-xellug fl-ahhar ritratt
~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~

L-Erbgha tar-Rmied u bidu tar-Randan Imqaddes
ASH WEDNESDAY
5 ta' Marzu 2014
RITRATTI 
aghfas hawn u fuq ir-ritratt biex tara r-ritratti kollha 



ITTRA PASTORALI TAL-ISQFIJIET - RANDAN 2014 - aghfas hawn

PASTORAL LETTER - LENT 2014 - click here

~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~

1.            Tiswija tal-bjut tal-knisja.  Dan ix-xoghol ghadu kif tlesta bil-hsieb li aktar tard matul is-sena jibda r-restawr tal-arzella tal-kor minn gewwa.  Jonqos ukoll induru l-bjut hdejn il-kuppletti.

2.            Restawr tal-altar ta’ San Guzepp.  Minhabba l-umdita’...........ikompli aghfas hawn

Restawr tal-altar ta' San Guzepp u ohrajn - aghfas hawn



************************ 

RITRATTI
Tal-Festa tal-Prezentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju 
il-Kandlora.
il-Hadd - 2 ta' Frar 2014 
aghfas fuq ir-Ritratt u tara r-ritratti kollha



RITRATTI 
LEJLET U NHAR IL-MILIED 2013 - aghfas hawn

Ikklikkja fuq ir-ritratt t'hawn taht u tara r-ritratti kollha



KUNCERT MILIED
Ikklikkja fuq ir-ritratt biex tara ohrajn

 
~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~
GHELUQ IS-SENA TAL-FIDI
MADWAR L-EWKARISTIJA - IN-NAXXAR
24 ta' Novembru 2013
Ikklikkja fuq ir-Ritratt biex tara r-ritratti kollha - aghfas hawn

~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~

AVVIZI OHRA / OTHER NOTICES 

Ir-rettur tas-Santwarju Gesu’ Hniena Divina javza li l-quddiesa tat-8.30am qed ssir fis-Santwarju stess u mhux fil-Kappella ta' San Pawl tat-Targa.

...............................................    


Ikklikkja fuq ir-ritratti biex  tara r-ritratti kollha 

 



~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~

  • LAQGHAT GHALL-PRE-ADOLEXXENTI (Forms 2, 3, 4)
  • Kull nhar ta' Gimgha, fis-7.00pm.  dettalji aghfas hawn 
~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~

HINIJIET TAL-QUDDIES FIL-PARROCCA, NAXXAR - aghfas hawn

RITRATTI 2012
PHOTO GALLERY 2012

~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~

All updates Posted by Charles V. Farrugia
Photos by courtesy of Charles V. Farrugia

Comments

L-AĦĦAR POSTS