Avviżi tal-Parroċċa
Diċembru 2023
3/11/2023
L-EVANĠELJU
Ishru għax ma tafux meta jerġa’ jiġi sid id-dar. Mk 13:33-37
IL-ĦADD
L-Ewwel Ħadd tal-Avvent. Messalin B. Illum u matul il-ġranet li ġejjin, fl-annexe ssibu għall-bejgħ diversi rigali relatati mal-festi tal-Milied. Ikun miftuħ mit-8:00 a.m. sa 12:00 p.m. u mill-5:00 p.m. sas-
7:00 p.m. Bix-xiri tagħkom tkunu qed tgħinu lill-parroċċa tagħna.
IL-ĦAMIS
Fis-6.00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-grupp tal-Ħniena Divina u fis-6:30 p.m. il-quddiesa. Fis-6:30 p.m., se ssir adorazzjoni b’talb għall-qdusija tas-saċerdoti u għal aktar vokazzjonijiet fis-Seminarju tal-Arċisqof, ir-Rabat. Imbagħad, issir quddiesa fis-7:25 p.m.
IL-ĠIMGĦA
It-8 ta’ Diċembru, solennità tal-Kunċizzjoni Immakulata. Il-Knisja Filjali tal-Kunċizzjoni se tkun miftuħa mit-8:00 a.m. sa 12:00 p.m.,
u fis-6:00 p.m. ikun hemm quddiesa kantata bl-omelija.
Peress li hija s-solennità tal-Kunċizzjoni Immakulata, l-adorazzjoni fis-Santwarju tal-Madonna tat-Triq mhux se ssir.
IL-ĦADD
L-10 ta’ Diċembru. Fl-oratorju se jkun hemm afternoon tea b’tombla
mit-3:30 p.m. 'il quddiem b’risq il-Knisja Filjali ta’ San Ġwann Battista. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers tas-soltu, jew mill-Kumitat ta’ Knisja Filjali ta’ San Ġwann Battista.
NOTI
It-Tlieta, 12 ta’ Diċembru se norganizzaw ħarġa għall-Imtarfa, fejn ikollna quddiesa fid-9:30 a.m. u wara jkollna coffee morning bit-tombla. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.
Il-ħarġa ta’ In-Nieqa għax-xahar ta’ Diċembru tinsab fuq il-mezzi tal-midja soċjali tal-Parroċċa, kif ukoll fuq in-notice boards tal-Kolleggjata.
Nhar il-Ġimgħa, 15 ta’ Diċembru, fis-7:30 p.m. fil-Kolleggjata tagħna se jsir il-Kunċert tal-Milied mill-kor Jubilate Deo.
Nitolbu għal ruħ: Ronald Sultana, Sonia Fenech Soler, li mietu din il-ġimgħa.
Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen.