SPECIAL FEATURE FOR THIS WEEK - ARCHPRIEST's MESSAGE
LILL-INSARA-KATTOLIĊI
(Is-Sibt 10 ta’ Awwissu 2013 )
NGOs, Xbiek, Salib it-toroq
Għeżież,
KIF TAFU, IŻ-ŻJARA TAL-PAPA FRANĠISKU fil-Brażil ġiet
u marret. Nistgħu ngħidu bla tlaqliq li
kienet suċċess u żgur li ħalliet impatt kemm fuq dawk li kienu preżenti kif
ukoll fuqna li segwejniha permezz tal-media.
Din kienet l-ewwel żjara tiegħu barra mill-Vatikan u allura kien hemm ċerta
aspettattiva. Il-ġesti tiegħu, uħud
minnhom innovattivi, ġibduna lkoll.
Tajjeb iżda li ma nibqgħux fuq il-ġesti iżda nixtarru wkoll id-diskorsi
tiegħu li meta wieħed jirrifletti fuqhom jinduna kemm huma prattiċi u kemm
jistgħu jgħinuna fil-ħajja tagħna umana u Nisranija. Illum
se nieħu xi siltiet mill-ħafna diskorsi li għamel fil-Brażil
fl-okkażjoni tat-28 Jum Dinji taż-Żgħażagħ għar-riflessjoni tagħna:
1.
FL-ISPTAR SAN FRANĠISK D’ASSISI GĦAD-DIPENDENTI MID-DROGA
U L-ALKOĦOL:
2.
FIL-FAVELA TA’ VARGINHA:
3. LIŻ-ŻGĦAŻAGĦ MILL-ARĠENTINA
FIL-KATIDRAL TA’ RIO:
“Ħa ngħidilkom x’nixtieq minnkom f’din il-Ġurnata Mondjali taż-Żgħażagħ. Nittama li tagħmlu ħoss... Jien ċert minn dan. Hawn f’Rio żgur li se jkun hawn ħafna storbju
iżda rridkom tinħassu fid-djoċesijiet tagħkom, irridkom toħorġu ‘l barra u
tinstemgħu, irrid li l-Knisja toħroġ fit-toroq.
Il-parroċċi, l-iskejjel, l-istituzzjonijiet qegħdin biex joħorġu ‘l
barra... jekk ma jagħmlux hekk jispiċċaw biex ikunu NGOs, u l-Knisja ma tistax
tkun NGO... Il-fidi f’Ġesu’ mhix ċajta, hija ħaġa serja tassew. Huwa skandlu li Alla sar wieħed minna. Huwa skandlu li hu miet fuq salib. Is-salib jibqa’ jipprovoka l-iskandlu. Imma hu jibqa’ l-unika triq żgura, it-triq
tas-salib, it-triq ta’ Ġesu’. Jekk jogħġobkom
tħalltux l-ilma mal-fidi tagħkom f’Ġesu’ Kristu. Aħna nżidu l-ilma max-xorb, mal-juices tal-larinġ, tat-tuffieħ,
tal-banana, imma jekk jogħġobkom tixorbux forma mħallta ta’ fidi. Il-fidi hija sħiħa u waħda, ejjew ma nħalltuhiex
b’forom oħra. Hija l-fidi f’Ġesu’. Hija l-fidi fl-Iben t’Alla magħmul bniedem,
li ħabbni u miet għalija”.
4. LILL-ISQFIJIET BRAŻILJANI:
5. LILL-ISQFIJIET, SAĊERDOTI, RELIĠJUŻI
U SEMINARISTI MIĠBURIN F’RIO:
“Ejjew ngħinu liż-żgħażagħ tagħna.
Ejjew ikollna widna li tisma’ b’attenzjoni l-ħolm tagħhom – jeħtieġ li
jkunu mismugħa – li nagħtu każ tas-suċċessi tagħhom, tad-diffikultajiet tagħhom. Irid ikollna s-sabar li nisimgħu! Nitlobkom
dan minn qalbi. Ejjew insibu ħin magħhom
... li wieħed jiżra’ ż-żerriegħa fiha t-tbatija, ħafna tbatija! Huwa aktar ta’ sodisfazzjoni li niġbru
l-frott! Kemm aħna intelliġenti! Imma Ġesu’
jitlobna niżirgħu b’attenzjoni u
b’responsabbilta’. Għandna nkomplu nitħabtu
biex niffurmaw liż-żgħażagħ tagħna... Lid-dixxipli tiegħu Ġesu’ bagħthom: hu ma
żammhomx taħt ġwenħajh bħal ma l-qroqqa żżomm liż-żgħar tagħha... ma nistgħux inżommu lilna nfusna magħluqin
fil-parroċċi tagħna, fil-komunitajiet tagħna, meta tant nies qed jistennew
ix-xandir tal-Vanġelu. Irridu mmorru bħal
nies mibgħuta. Mhux biżżejjed li niftħu
l-bibien għax inserħu moħħna li n-nies tiġi, jeħtieġ noħorġu ‘l barra minn dak
il-bieb u niltaqgħu man-nies... Ejjew naħsbu
b’mod ċar dwar il-ħtiġijiet pastorali billi nibdew mit-trufijiet, b’dawk li
jinsabu ‘l bogħod, b’dawk li normalment ma jiġux knisja. Huma l-VIPs li huma mistiedna. Morru u fittxuhom f’salib it-toroq”.
Kif qed taraw, dawn huma biss xi siltiet mill-ħafna
diskorsi li l-Papa Franġisku għamel lil diversi kategoriji f’Rio de
Janeiro. Għażilt xi wħud minnhom li naħseb
jistgħu jagħtuna opportunita’ biex nirriflettu.
Ejjew mhux biss naqrawhom iżda nixtarruhom u naraw kif inqegħduhom
fil-prattika. Nawguralkom ilkoll, inkluż
lili, li dan jirnexxielna nagħmluh.