Avviżi għas-sena 2023

2023

Jannar

   22/01/2023

L-EVANĠELJU

Ġie f’Kafarnahum, biex iseħħ dak li kien intqal mill-profeta Iżaija.  Mt 4:12-23     

IL-ĦADD
Ninsabu fil-ġimgħa ta’ talb għall-għaqda bejn il-Knejjes Insara, inkomplu nitolbu ħalli verament inkunu merħla waħda taħt ragħaj wieħed.

IL-ĦADD
Il-Mużew Parrokkjali huwa miftuħ mid-9:30 a.m sa nofsinhar  għall-pubbliku.

IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m jkun hawn  Ħin ta’ Adorazzjoni mill-grupp tad-Djakonija u fis-6:30 p.m il-quddiesa.

IL-ĦADD
Id-29 ta’ Jannar 2023. Waqt il-quddiesa tad-9:30 a.m, issir il-vestizzjoni lill-abbatini tal-Kolleġġjata tagħna. Mistiedna jattendu wkoll il-ġenituri tagħhom. 

Nitolbu għall-erwieħ ta': Leslie Philip Watson, Zakkarija Calleja u Charlie Galea. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta' dejjem...       

                                                                                   
                                                                   15/01/2023

L-EVANĠELJU
Hawn hu l-Ħaruf ta’ Alla, li jneħħi d-dnubiet tad-dinja.   Ġw 1:29-34


IL-ĦADD
Illum, il-Mużew tal-Parroċċa se jiftaħ għall-ewwel darba għall-pubbliku bejn l-10:00 a.m u nofsinhar, intom mistednin iżżuru l-ħafna xogħol li sar fil-kumpless tal-annexe u fil-kmamar tal-Mużew.

L-ERBGĦA
Jkollna coffee morning fl-oratorju, biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.

IL-ĦAMIS  
Fis-6:00 p.m jkun hawn Ħin ta’ Adorazzjoni mill-grupp Kariżmatiku u fis-6:30 p.m quddiesa.

NOTI
Il-Kurja tal-Arċisqof laqgħet it-talba tal-grupp organizzattiv tal-Ġimgħa l-Kbira sabiex il-purċissjoni tal-Irxoxt tibda ssir filgħaxija. Għaldaqstant, minn din is-sena, nhar id-9 ta’ April, is-Solennità tal-Għid il-Kbir, il-purċissjoni bl-istatwa tal-Irxoxt akkumpanjata mill-banda toħroġ wara l-quddiesa tal-5:00 p.m.

Nitolbu għal ruħ: Emanuel Zammit, Josephine Cachia, Giovanna Sammut u Ivan Schriha . Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta' dejjem ...


*

8/01/2023

Evanġelju

Ġejna mil-Lvant nagħtu qima lis-Sultan.     Mt 2, 1-12

IL-ĦAMIS 
It-12 ta’Jannar, Fis-6:00 p.m ikun hawn Ħin ta’Adorazzjoni mill-grupp tal-Ħniena Divina u fis-6:30 p.m il-quddiesa.

IS-SIBT
Fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fis-5:45p.m Mons. Arċisqof se jqaddes għall-koppji għarajjes li se jiżżewġu matul din is-sena.

NOTI
Nhar l-Erbgħa, it-18 ta’ Jannar se jkollna  coffee morning fl-oratorju, biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.

Il-ġabra b’risq id-Dar tal-Provvidenza fl-aħħar jum tas-sena kienet ta’ 1200 ewro, waqt li l-offerta/strina lill-parroċċa li saret fl-ewwel jum tas-sena kienet ta’ 1376 ewro. Grazzi mill-qalb.

Nitolbu għal ruħ: Tereża Attard u Francis Ciappara.  Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ ta' dejjem...


*


                                                                                                                                                               01/01/2023

L-Evanġelju

Sabu lil Marija u lil Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura. Lq 2:16-21 L-


IL-ĦADD

Infakkru li minn (għada), il-quddies ta’ matul il-ġimgħa fil-Kolleġġjata se jkun hekk: 6:00 a.m, 7:00 a.m, 8:45 a.m u 6:30 p.mDawn il-ħinijiet issibuhom wkoll fin-notice boards tal-knisja.

Il-ĦAMIS
Il-5 ta’ Jannarfid-9:30 a.m tibda l-laqgħa ta’ kull xahar għall-irġiel fil-Mużew tas-subien. Għal din il-laqgħa, l-irġiel kollha huma mistiedna.

Fis-Seminarju tal-Arċisqof, ir-Rabat fis-6:30pm se ssir Adorazzjoni b’talb għall-qdusija tas-Saċerdoti u għal aktar vokazzjonijiet, u wara fis-7:30pm quddiesa animata mis-Seminaristi stess. Tajjeb li nattendu u nkomplu nappoġġjawhom  bit-talb tagħna.

IL-ĠIMGĦA 
Fis-6:00 p.m ikun hawn Ħin ta’ Adorazzjoni  u fis-6:30 p.m il-quddiesa.

Fiċ-Ċentru Pastorali tal-Ħniena Divina fis-7.30 pm jibda l-kors ta’ Tħejjija għaż-Żwieġ għall-għarajjes. Ngħidu grazzi lill-koppji  mexxejja li jorganizzaw dawn  il-korsijiet.

NOTI
In-Nieqa għax-xahar ta’ Jannar issibuha fuq il-mezzi tal-media soċjali tal-Parroċċa tagħna.

Nhar is-Sibt, is-7 ta’ Jannar, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, fil-5:45 p.m, se ssir quddiesa għall-koppji li żżewġu din is-sena, filwaqt li nhar is-Sibt, l-14 ta’ Jannar fil-5:45 p.m se ssir quddiesa għall-koppji li se jiżżewġu matul is-sena 2023.

Il-Mużew tal-Parroċċa dalwaqt ser jibda jkun miftuħ għall-pubbliku. Għaldaqstant, neħtieġu numru ta’ voluntiera li joffru mill-ħin tagħhom sabiex ikunu mal-bieb. Min jixtieq  joffri dan is-servizz  javviċina lill-Arċipriet 

Nitolbu għal ruħ  John Saviour Xuereb. Agħtih Mulej…


F’isem l-Arċipriet, il-Kapitlu u l-Kleru nawguraw Sena mimlija
 ferħ fil-Mulej 
lilkom u lill-familji tagħkom.


L-AĦĦAR POSTS