Lulju 2023 - Avviżi

   30/07/2023


L-EVANĠELJU
Imur ibigħ kull ma jkollu u jixtri dik l-għalqa. Mt 13, 44-52


IL-ĦAMIS
It-3 ta’ Awwissu. Fil-MUSEUM tas-subien, fid-9:30 a.m., ikun hemm il-laqgħa għall-irgiel; inħeġġuhom jattendu.

IL-ĠIMGĦA 
L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni, isir talb għall-vokazzjonijiet u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.

NOTI 
Il-laqgħat ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa filgħodu fis-Santwarju tal-Madonna tat-Triq issa se jerġgħu jibdew fil-15 ta’ Settembru.

Nhar l-Erbgħa, 10 ta’Awwissu se jkollna Coffee Morning fl-Oratorju. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.

L-ħarġa tan-Nieqa għax-xahar ta’ Awwissu tinsab fuq il-mezzi tal-midja soċjali tal-Parroċċa, kif ukoll fuq in-notice boards. Jinkludu l-messaġġ tal-Arċipriet u l-programm tax-xahar.

Il-kuppletti tal-Kolleġġjata tagħna għadhom bil-bozoz l-antiki. Bdejna l-proċess biex naqilbu għal-LEDs ħalli nnaqqsu l-load tal-konsum, nibżgħu għall-ambjent u nnaqqsu mill-ispejjeż. Diġà għamilna hekk fil-kuppletta ta’ San Ġużepp li llum hija mixgħula. 

Napprezzaw donazzjoni mingħandkom għal din l-ispiża. Ħallu l-għotja tagħkom fis-sagristija.

   23/07/2023


L-EVANĠELJU
Erħulhom jikbru t-tnejn flimkien. Mt 13, 24-43


L-ERBGĦA  
Is-26 ta’ Lulju - fid-Dar tal Kleru mis-7:00 p.m. ’il quddiem ser ikun hemm Lejla Maltija, min jixtieq jista’ jattendi. Il-biljetti jinkisbu mir-reception tad-dar stess.

IL-ĦAMIS 
Fis-6:00 p.m. jkun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-Grupp tad-Djakonija u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.

NOTI
Meħtieġa voluntiera sabiex jgħinu fil-ħasil tal-knisja. Tajjeb li min jista’ joffri dan is-servizz biex id-dar ta’Alla tkun dejjem kif suppost.

Nhar il-Ħamis, l-10 ta’ Awwissu, ser norganizzaw Coffee Morning fl-oratorju. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.

Nitolbu għal ruħ: Mary Anne Galea

Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqha, tistrieħ fis-sliem. Ammen.


*

   16/07/2023


L-EVANĠELJU
Wieħed bidwi ħareġ jiżra’. Mt 13, 1-23


L-ERBGĦA  
Id-19 ta’ Lulju - fl-Oratorju, wara l-quddiesa tad-8:45 a.m, jibda l-Coffee Morning b’risq il-Knisja Filjali tal-Kunċizzjoni. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.

IL-ĦAMIS  
Fis-6:00 p.m ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-Grupp Soċjali tal-Anzjani u fis-6:30 p.m il-quddiesa.

NOTI 
Infakkru lill-ġenituri li wliedhom ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina s-sena li ġejja, li
għandhom imorru fl-uffiċċju parrokkjali bil-karta tal-identità tagħhom u biċ-ċertifikat sħiħ
tat-twelid ta’ wliedhom ħalli jirreġistrawhom. Fil-każ tas-subien, iridu wkoll imorru fil-qasam tal-MUSEUM. Dan iridu jagħmluh sal-aħħar ta’ Awwissu li ġej.

Aktarx indunajtu li għamilna kotba ġodda tal-kant fil-knisja. Filwaqt li nirringrazzjaw lil
kull min ta s-sehem tiegħu b’diversi modi, ejjew nibżgħu għalihom u nagħmlu użu tajjeb
minnhom fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi li jsiru f’din il-Kolleġġjata.

Nitolbu għal ruħ: Alfred Azzopardi

Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fis-sliem. Ammen.


L-AĦĦAR POSTS