Frar 2023 - Avviżi

   26/02/2023

L-EVANĠELJU
Ġesù jsum għal erbgħin jum u jiġġarrab mix-xitan. Mt 4:1-11

IT-TNEJN 
Wara l-quddiesa tad-8:45 a.m jibda kors ta’eżerċizzji għalkulħadd; jipprietka Rev. Fr Mark Spiteri.

IL-ĦAMIS 
It-2 ta’ Marzu, Fl-Oratorju mis-7:30 p.m 'il quddiem se jkun hemm laqgħa ta’ talb u tifħir organizzata mill-Moviment Kariżmatiku, min jixtieq jista’jattendi.

Fil-MUSEUM tas-Subien, fid-9:30 a.m ssir il-laqgħa għall-irġiel, inħeġġuhom jattendu.

IL-ĠIMGĦA 
It-3 ta’ Marzu l-ewwel ġimgħa tax-xahar. Fis-6:00 p.m jkun hawn ħin ta’ adorazzjoni u jsir talb għall-vokazzjonijiet u fis-6:30 p.m il-quddiesa.

IS-SIBT 
Fis-7:00 p.m jibda kors ta’ eżerċizzji għall-koppji miżżewġa mill-grupp Genesis 2 fiċ-ċentru tagħhom fi Triq l-Oratorju. Il-predikatur huwa Rev. Fr Martin Cilia MSSP. Il-laqgħat ikomplu s-Sibtijiet ta’ wara.

NOTI 
Tqassmu l-envelowps fid-djar sabiex nagħtu offerta ta’ flus b’risq il-festa ta’ Marija Bambina. Tistgħu tħallu l-envelowp bl-offerta tagħkom fis-sagristija. Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara, nhar it-8 ta’ Marzu ser norganizzaw buffet breakfast ġo lukanda l-Qawra. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.

Illum il-grupp tal-fund raising se jkun qed ibigħ il-kwareżimal fil-bibien tal-Knisja, waqt li l-abbatini se jkunu qed jagħmlu raffle b’risq il-grupp tagħhom.

Il-ħarġa tan-Nieqa għax-xahar ta’ Marzu ssibuha fuq il-mezzi tal-midja soċjali tal-Parroċċa tagħna u fuq in-notice board.
 
  19/02/2023

L-EVANĠELJU
Ħobbu lill-għedewwa tagħkom.   Mt 5:38-48

L-ERBGĦA 
L-Erbgħa tal-Irmied u l-bidu taż-żmien qaddis tar-Randan. Fil-quddies kollu jsir it-tqegħid tal-irmied fuq ras in-nies. Fis-6:30 p.m konċelebrazzjoni bil-kant u bl-omelija. 
Infakkru li hemm obbligu għas-sawm u l-astinenza.

Matul ir-Randan tingħad il-Via Sagra qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija.

IL-ĦAMIS 
Fis-6:00 p.m ikun hemm ħin ta’ adorazzjoni mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija u fis-6:30 p.m il-quddiesa.

IL-ĠIMGĦA
Wara l-quddiesa tas-6:30 p.m. jibda pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ Ġesù Redentur li jgħaddi minn dawn it-toroq : Triq il-Kbira, Triq San Ġorġ, Triq il-Parroċċa u lura lejn il-Kolleġġjata. Imħeġġin  nieħdu sehem.

NOTI  
Matul il-Ġimgħat tar-Randan, fil-quddiesa tas-6:30 p.m issir riflessjoni dwar il-Misteru tat-Tbatija. Fil-ġranet ta’ qabel, fil-knisja tinħareġ l-istatwa marbuta mal-misteru li nkunu se  nikkontemplaw.

Dawk li  jixtiequ  jieħu sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, kemm bħala personaġġi  u anke bħala ushers, għandhom javviċinaw lil xi ħadd mill-grupp organizzativ.

Il-weekend li ġej fil-quddies kollu ssir ġabra b’risq is-Seminarju; il-post fejn iħejju ruħhom is-saċerdoti tal-futur.

Il-grupp tal-fund raising se jkun qed ibigħ il-kwareżimal fil-bibien tal-knisja, waqt li 
l-abbatini se jkunu qed jagħmlu raffle b’risq il-grupp tagħhom. Dan il-bejgħ se jkompli
fil-weekend ta’ wara.

Id-donazzjonijiet li tajtu b’risq il-vittmi tat-terremot laħqu s-somma ta’ 6,740 ewro. 
Il-Caritas bagħtu r-ringrazzjament tagħhom.

Nitolbu għal ruħ: Joseph Grech u John Fenech

           Agħtihom, o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom,  jistrieħu fis-sliem. Ammen.  

 5/02/2023

L-EVANĠELJU
Intom id-dawl tad-dinja.     Mt 5:13-16


IL-ĦAMIS
Fis-
6:00 p.m ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-grupp tal-Ħniena Divina u fis-6:30 p.m quddiesa.

Fil-board room tal-annexe, fis-7:15 p.m issir il-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali.

IL-ĠIMGĦA
L-10 ta’ Frar: Solennità tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta. Il-ħin tal-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd.

Il-mobile unit tad-demm se tkun il-Pama fil-Mosta, bejn it-8:30 a.m sas-1:00 p.m. Min imur jagħti d-demm iridu jieħdu miegħu il-karta tal-identità.

NOTI
Nhar il-Ħamis, is-16 ta’ Frar se jkollna coffee morning fl-oratorju. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.

F’dawn il-ġranet se jkunu qed jitqassmu bil-posta envelowps fid-djar sabiex nagħtu offerta ta’ flus b’risq il-festa ta’ Marija Bambina għal din is-sena. Inkunu ġenerużi fl-għotjiet tagħna f’din il-ġabra ewlenija tal-festa titulari tagħna.

Fin-notice board hemm informazzjoni dwar id-deputazzjoni tal-legat taż-żwieġ: min hu jinteressah jista’ jaqrah.

Grazzi għall-benefatturi lestejna r-restawr ta’ żewġ pitturi li għandna fil-Kolleġġjata tagħna: dik ta Santa Rita kif ukoll ta' San Benedittu Ġużeppi Labre. Jekk hawn benefatturi li jixtiequ jgħinu, inkunu nistgħu inkomplu bir-restawr ta’ pitturi oħra li jsebbħu dan it-tempju maestuż.

Nitolbu għal ruħ: Ċettina Dimech, Carmela Galea u Ġużeppi Fenech.

Agħtihom, o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen.

L-AĦĦAR POSTS