Marzu 2023 - Avviżi


   19/03/2023

L-EVANĠELJU
Mort, inħsilt, u ġejt nara.   Ġw 9:1-41
                                                                                                                                                    
IT-TNEJN:   
Niċċelebraw is-Solennità trasferita ta’ San Ġużepp, l-Għarus tal-Verġni Mqaddsa Marija. Xieraq li nieħdu sehem fil-quddiesa.

Fil-Kolleġġjata fl-4:30 p.m issir l-Ewwel Qrara lit-tfal bniet tal-Ewwel Tqarbina ta’din is-sena. II-ġenituri wkoll imħeġġa jiġu .
 
L-ERBGĦA:
Fl-annexe fis-7:15 p.m issir laqgħa għall-għarajjes li se jiżżewġu bejn Lulju u Diċembru 2023.

Fil-Kolleġġjata fis-7:15p.m se ssir laqgħa għall-ushers u l-helpers kollha tal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Imħeġġa jattendu.

IL-ĦAMIS:
Fil-Kolleġġjata fl-4:30 p.m issir l-Ewwel Qrara lit-tfal subien tal-Ewwel Tqarbina. II-ġenituri wkoll imħeġġa jiġu.

Fis-6:00 p.m jkun hawn Ħin ta’ Adorazzjoni miċ-ċentru soċjali tal-anzjani u fis-6:30 p.m quddiesa.

NOTI:
Id-dati tal-Griżma tal-Isqof għal din is-sena huma dawn: fis-Santwarju tal-Ħniena Divina, il-Ħadd, it-28 ta’ Mejju għall-adolexxenti taż-żona San Pawl tat-Tarġa.

Fil-Kolleġġjata is-Sibt, il-11 ta' Novembru għall-adolexxenti  tal-MUSEUM. Fil-Kolleġġjata l-Ħadd, it-12 ta’ Novembru għall-adolexxenti taż-żona Familja Mqaddsa Sgħajtar.

Hemm il-ħsieb li nibdew laqgħat ta’ formazzjoni għaż-żgħażagħ bejn it-12 u l-15-il sena.  Min hu interessat ikellem lil Rev. Fr Mark il-Vici. Napprezzaw ukoll l-għajnuna ta’ żgħażagħ kbar fit-tmexxija ta’ dan il-grupp.

Fil-weekend li ġej ser ikollna għall-bejgħ il-figolli tal-Għid bix-xiri tagħkom tkunu qed tgħinu lill-Kolleġġjata tagħna.

Nitolbu għal ruħ: Patri John Scerri sj

Agħtih, O Mulej  il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu. Jistrieħ fis-sliem. Ammen.
  
*


 5/03/2023

L-EVANĠELJU
Wiċċu sar jiddi bħax-xemx.    Mt 17 : 1-9

IL-ĦADD
Infakkrukom fil-kors ta’ eżerċizzji għall-koppji miżżewġa li se jsir mill-grupp Genesis 2 fiċ-ċentru tagħhom fit-triq tal-Oratorju nhar is-Sibt fis-7:00p.m. Il-laqgħat ikomplu s-Sibtijiet ta’ wara.

L-ERBGĦA 
Fit-8:30 a.m jitlaq it-trasport mill-pjazza għal dawk li ġejjin il-Buffet Breakfast. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.

IL-ĦAMIS 
Fis-6:00 pm ikun hemm ħin ta’ adorazzjoni mill-grupp tal-Ħniena Divina u fis-6:30 p.m il-quddiesa.

Fis-7:15 pm fil-board room tal-annexe ssir il-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali.

NOTI
Nhar l-Erbgħa, il-15 ta’ Marzu filgħodu ser norganizzaw Pellegrinaġġ għar-Redentur tal-Isla. Aħsbu minn kmieni għall-biljetti.

Il-ġabra li saret fil-kolleġġjata b’risq is-Seminarju kienet ta’ 1885 ewro.

Illum qed jitkompla l-bejgħ tal-kwareżimal, waqt li l-abbatini se jkomplu bir-raffle b’risq il-grupp tagħhom.

Nitolbu għal ruħ: Ġużeppi Mifsud, Pauline Dimech, Ġużeppi Muscat, Marija Pirotta u Antoine Gera. 

Agħtihom, O Mulej  il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom. Jistrieħu fis-sliem. Ammen.

L-AĦĦAR POSTS