KELMA TAL-ARCIPRIET
JANNAR 2021
Hadd ma jlumna jekk kellna genn sabiex tispicca s-sena 2020 bit-tama li maghha tibda tispicca wkoll il-pandemija li hakmet lid-dinja kollha inkluz pajjizna.
Hafna minna inhakmu mill virus, ohrajn kellhom joqghodu kwarantina, imcahdin mill-gheziez taghna, ma nistghux insiefru, noqghodu l-boghod kwazi nibzghu minn xulxin. Dan kollu u iktar ghexnih tul is-sena li ghadha kemm spiccat.
Qeghdin nibdew sena gdida bit tama li gradwalment dan kollu jispicca u nergghu nibdew nghixu dik l-hekk imsejha normalita gdida. Biss ikun ghajb ghalina jekk ninsew dak li akkwistajna fix-xhur tal-lock down; kemm naqas it-tniggis tal-ajru f’pajjjizna;
kemm tajna valur ikbar lil dak li jghodd tassew fosthom ilpersuni gheziez ghalina; kemm kellna kontroll fuq il-pandemija meta gbidna habel wiehed; kemm xoghol seta jsir mid-dar u iffrankajna sieghat maqbudin fit-traffiku
Forsi wahda mill-iktar affarijiet li tghallimna hi li nieqaf nahseb, nirifletti, naghraf xínhu dak li huwa tassew essenzjali fil-hajja, kemm il-bniedem huwa dghajjef,
Jalla meta ninsabu fil-bidu ta sena gdida naghmlu ftit il-kontijiet maghna infusna u f’dawk li insejhulhom proponimenti nimmarkaw dawk il-lezzjonijiet li tghallimna tul il-pandemija – filwaqt li xorta wahda nibqghu nibzghu ghal sahhietna u sahhet xulxin u nobdu d-diretttivi li jaghtuna l-awtoritajiet tas-sahha.
Hafna minna hassejna ghafsa ta qalb li ma stajniex niccelebraw il-festi marbutin mal-gimgha mqaddsa u tal-Bambina bil-mod tas-soltu. Nittamaw li din is-sena is-sitwazzjoni tkun differenti u jalla dawn l-istess fetsi iservu sabiex nersqu aktar lejn Alla u lejn xulxin.
Fr David Gauci
Programm għax-xahar ta Jannar 2021
Gimgha, 1 Solennita ta’Marija Omm Alla; hija festa kmandata
Mess B. pġ
Ħadd, 3 Solennita tal-Epifanija tal-Mulej. Mess B pġ
Gimgha, 8 Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u Quddiesa
Fis-7.30 pm fl-oratorju jibda l-kors ta kana ghall-gharajjes.
Ħadd, 10 Festa tal- Maghmudija tal-Mulej. Mess B pġ
Fit-3.30 p.m. Quddiesa biċ-Ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal- Magħmudija
Ħamis, 14 Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u Quddiesa
Sibt, 18 Jibda Ottavarju ta Talb għall-għaqda fost il-Knejjes Insara
Ħadd, 17 It-Tieni Ħadd ta matul is-sena. Jum il-Kelma ta Alla
Mess B pġ
Tnejn, 18 Jibda Ottavarju ta Talb għall-għaqda fost il-Knejjes Insara
Ħamis, 21 Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u Quddiesa
Sibt, 25 Festa tal-konverzjoni ta san pawl
Ħadd, 24 It-Tielet Ħadd ta matul is-sena
Mess B pġ
Tnejn, 25 Festa tal-konverzjoni tal-Appostlu San Pawl
Hamis, 28 Fis-6.00 pm Adorazzjoni u Quddiesa
*******
DATI IMPORTANTI MATUL IS-SENA 2021
Ras ir-Randan 17 Frar
Redentur 12 Marzu
Duluri 26 Marzu
Ħadd il-Palm 28 Marzu
Ġimgħa l-Kbira 2 April
Għid il-Kbir 4 April
San Ġuzepp 2 Mejju
Pentecoste 23 Mejju
***L-Ewwel Tqarbina
Corpus 6 Ġunju
Qalb ta Ġesu 13 Ġunju
Kristu Sultan 21 Novembru
***Id-dati tal-Precett u tal-Grizma ghas-sena 2021
jithabbru izjed il-quddiem
ikklikkja fuq l-istampa biex tara l-Magazine
All updates Posted by
Charles V. Farrugia
Webmaster