FLIMKLIEN - min NIEQA - 2017 - 2020
KELMA TAL-ARCIPRIET
Il-Kelma tal-Arċipriet
F’dan ix-xahar żgur li l-Milied ser nibqgħu niftakruh mhux biss għax niċċelebraw it-twelid tas-Salvatur tagħna iżda l-iktar għall-mod kif ser niċċelebrawh.
Minħabba r-restrizzjonijiet tal-COVID-19 il-Velja tal-Milied ser tibda fit-8.00 p.m. u mhux fil-11.00 p.m. Biex inħarsu r-regoli u min jiġi ma jibqax barra, u biex nieħdu ħsieb saħħitna u saħħet xulxin għamilna sistema ta’ biljetti.
F’temp ta’ ftit sigħat inħatfu. Dan juri, fost oħrajn, kemm ħafna nies il-Velja tal-Milied jixtiquha li ma tkunx tard billejl.
Li kieku mhux għax hemm ir-restrizzjonijiet żgur li kien ikollna knisja mballata bin-nies (bħalma jkun hemm f’dawk il-knejjes fejn din il-velja ssir kmieni). Qed nikkontempla jekk fis-snin futuri tibqax issir bħal din is-sena. Jiddispjaċini li ħafna ħarġu ddiżappuntati, imma l-knisja hi dik li hi.
Nafu li minħabba l-COVID-19 xejn ma baqa’ normali. Fejn qabel biex turi imħabba u affezzjoni lill-għeżież tiegħek kont iżżurhom u tgħannaqhom miegħek, illum għax tħobbhom trid toqgħod ’il boghod minnhom.
Inħeġġeġ lil kull min jista’ sabiex il-quddiesa tal-Ħadd jieħu sehem fiha billi jiġi fiżikament il-knisja; biss dawk li għal xi raġuni ma jistgħux inħeġġiġhom sabiex isegwuha minn fuq il-mezzi soċjali u jagħmlu t-tqarbina tax-xewqa. Infakkar li bħalissa mhux permess it-tqarbin tal-morda fi djarhom.
Infakkar sabiex regolarment iżżuru l-website tal-parroċċa tagħna li jkun fiha minjiera ta’ informazzjoni, kif ukoll il-paġni tal-facebook tal-parroċċa u tal-grupp tal-abbatini tal-kolleġġjata tagħna.
Żommu lilkom infuskom interessati f’dak li jkun għaddej fil-parroċċa.
F’isem il-Kapitlu u l-Kleru tal-Kolleġġjata tan-Naxxar, nixtieq nawgura mill-qalb Milied qaddis lill-familji kollha fin-Naxxar.
Fr David Gauci
Programm ghax-xahar ta Diċembru
Il-Ġimgħa, 4 Fis-6.00 p.m. ħin ta’ adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-quddiesa
Il-Ħadd, 6 It-Tieni Ħadd tal-Avvent. Messalin B, pġ 80.
It-Tlieta, 8 Is-Solennità tal-Kuncizzjoni Immakulata. Messalin B, pġ 568
Il-Ħadd, 13 It-Tielet Ħadd tal-Avvent. Messalin B, pġ 86.
Fit-3.30 p.m. quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija.
It-Tlieta, 15 Bidu tan-Novena tal-Milied.
Matul dawn il-jiem, fis-6.30 p.m. tibda l-quddiesa b’riflessjoni wara l-Evanġelju. Jieħdu sehem l-għaqdiet reliġjużi li għandna fil-parroċċa.
Il-Ħadd, 20 Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent. Messalin B, pġ 91.
Waqt il-quddiesa tal-10.00 a.m. jsir it-tberik tal-Bambini lit-tfal.
Il-Ħamis, 24 Lejliet il-Milied.
Ikun hawn il-qrar qabel kull quddiesa. Fil-5.00 p.m. u fis-6.30 p.m. quddies tal-Vġili tal-Milied. Fit-8.00 p.m. tibda l-funzjoni tal-Lejl tal-Milied li tinkludi għanjiet tal-Milied, il-prietka tat-tifel, purċissjoni bil-Bambin u Konċelebrazzjoni Solenni. Għal din il-funzjoni diġà mtlew il-postijiet fil-knisja, minħabba li l-biljetti maħruġa ġew meħuda kollha. Min ma rnexxielux jirriserva post, jista’ jsegwiha mid-dar fuq Skyline Webcam.
Il-Ġimgħa, 25 Solennità tat-Twelid tas-Sinjur tagħna Ġesù Kristu.
Messalin B, pġ 100. Hija festa kmandata u l-ħin tal-quddies ikun bhal nhar ta’ Ħadd.
Il-Ħadd, 27 Festa tal-Familja Mqaddsa. Messalin B, pġ 118.
Il-Ħamis, 31 L-aħħar jum tas-sena 2020.
Ikun hawn il-qrar qabel kull quddiesa. Fil-5.00 p.m. quddiesa. Fis-6.30 p.m. Konċelebrazzjoni Solenni. Wara t-tqarbin jitkanta t-Te Deum waqt li ssir purċissjoni bl-Ewkaristija li tintemm bil-Benedizzjoni Sagramentali.
Il-Kelma tal-Arcipriet
Ix-xahar ta Novembru kif ilkoll nafu huwa marbut mal-gheziez mejtin taghna; dawk li hallewna u ghaddew ghall-hajja ta dejjem. In nisrani jemmen li mal-mewt il-hajja mhux tintemm imma tinbidel – kif fil-fatt naqraw fil-prefazju tal-quddiesa tal-funeral.
Dan ifisser li l-harsa taghna trid tmur lil hemm mil-qabar fic-cimiterju; hemm nidfnu l-fdalijiet tal-gheziez taghna imma il-fidi taghna tghidilna li r-ruh tinghaqad mal-hallieq ghal- dejjem fil-genna – dejjem jekk wiehd ikun ghex il-hajja tieghu fuq din l-art skont kif irid Alla.
Hija drawwa sabieha li f’dan ix-xahar ahna immorru ninvistaw u nitolbu u inzejnu l-oqbra taghna li ghandna fic-cimiterju. Biss infakkar li anke fic-cimiterju ahna obbligati nosservaw il-mizuri li hemm fis-sehh marbuta mal-pandemija.
Ghaldaqstant hija obbligatorja l-uzu tal-maskra, id-distanza socjali ta zewg metri kwadri, li ma nkunux aktar minn grupp ta ghaxar persuni. Barra min hekk niftakru li c-cimiterju huwa post qaddis, post tat-talb ghal gheziez taghna; mela l-imgieba taghna trid turi li ahna verament insara.
Din is-sena wkoll minhabba l-pandemija mhux ghaqli li jsir it-tberik tal-oqbra anke minhabba l-fatt li jingabru hafna nies ghalih li normalment ikun jaqbez il-limitu ta kemm nies jistghu jidhlu fil-post.
Irrid ninforma wkoll li din is-sena minhabba l-pandemija l-Vatikan qed jestendi z-zmien li fih tista tintrebah l-indulgenzja plenarja. Is-soltu l-indulgenza tintrebah fl-ewwel tmint ijiem ta Novembru; izda din is-sena l-Vatikan estendija ghal-granet kollha ta Novembru.
L-Indulgenza Plenarja tintrebah billi wiehed iqerr u jitqarben skont il-bzonn, jitlob ghal mejtin u skont il-fehma tal-Papa kif ukoll jirrecita il-Kredu.
Tajjeb li wiehed jaghmel uzu minn dawn il-mezzi li toffrilna l-Knisja f’dawn iz-zminijiet partikulari
Fr David Gauci
Programm ghax-xahar ta' Novembru
Hadd, 1 Solennita tal-Qaddisin Kollha.
Il-Kelma tal-Arcipriet
Certament li ghadhom friski fil-mohh u fil-qalb taghna ic-cerimonji sbieh li kellna marbutin mal-Kolleggjata taghna u t-twaqqif tal-ewwel Kapitlu tan-Naxxar.
Minkejja ir-restrizzjonijiet li qed iggib maghha l-pandemija tal-Covid- 19 biss irrid nghid b’sodisfazzjon kbir ( grazzi anke ghal-group formidabli ta ushers li ghandna fil-Kolleggjata taghna ) irnexxilna naghmlu funzjonijiet sbieh, b’dinjita u bla-ebda periklu ghal dawk li kienu prezenti.
L-istess jista jinghad ghal mod kif iccelebrajna s-sollennita tat-twelid tal-Vergni Mqaddsa Marija. Il-pontifikal solenni mmexxi mil-arcisqof mons charles j scicluna flimkien mal-kapitlu tan-naxxar u sacerdoti ohra; il-kliem meqjus u profondita tal-arcisqof fl-omelija tieghu dwar marija bambina; quddiesa li kienet segwita minn eluf ta nies grazzi ghal TVM 2. Minkejja l-virus fostna, dak kollu li stajna naghmlu ghamilnieh u ghamilnieh kif jixraq lill-Ommna tas-Sema.
Biss kunu afu ( kif fil-fatt tafu ) li dak li ma ghamilniex ( u xtaqna li naghmluh ) ma sarx ghax ma ridnix nipperikolaw is-sahha tal-poplu taghna. Kif qed jghid kulhadd f’dan iz-zmien Is Sahha l-ewwel.
U dan kollu li qed nghid japplika wkoll ghal mod kif iccelebrajna is-sagrament tal-tal-Grizma tal-Isqof lill-adoloxxenti taghna gejjin mill-oqsma tal-Museum u miz-zewg centri pastorali jigifieri dak tal-Hniena Divina u dak tal-Familja Mqaddsa; kif ukoll il-mod kif saret ic-celebrazjoni tal-Ewwel Tqarbina liz-zghar taghna, grazzi ghal-ghajnuna tal-katekisti fid-diversi centri tad-duttrina.
Irrid min hawn naghmel appell lil dawk kollha li qed jigu l-knisja ghall-quddiesa sabiex jikkoperaw mal-ushers u noqghodu ghall-istruzzjonijiet li jaghtuna. Inzommu f’mohhna li dak kollu qed isir biex nissalvagwardjaw u niehdu hsieb is-sahha ta xulxin. Naturalment dan ikun jitlob minna ftit sagrificcju li tajjeb naghmluh mill-qalb, u l-Mulej ipattihulna kif jaf HU.
Inheggeg sabiex f’dan ix-xahar ta Ottubru insibu hin sabiex nitolbu it-talba tar-ruzarju li hija tant ghal qalb il-Vergni Marija u noffruh halli d-dinja tehles mill-Virus Covid – 19
Fr David Gauci
Programm ghax-xahar ta Ottubru
Ġimgħa, 2 Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-Quddiesa
Ħadd, 4
Is-27 Hadd matul is-sena. Mess
A pg
Mil lum il-quddiesa ta' filghaxija tibda tkun fil-5.00 pm
Erbgha, 7 Festa Liturgika tal-Madonna tar-Ruzarju.
Ħamis, 8 Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-Quddiesa
Ħadd, 11 It-28
Hadd matul is-sena. Messalin A pġ
Fit-3.30 p.m. quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tal-magħmudija
Ħamis, 17 Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-Quddiesa
Ħadd, 18 Id-29
Hadd matul is-sena. Messalin A pġ
Niccelebraw il-Gurnata Missjunarja. Il-ġbir
kollu li jsir fil-
Quddies ikun b’risq il-missjoni.
Ħamis, 22 Tifkira
Liturgika ta San Gwann Pawlu 2 Papa
Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-Quddiesa
Ħadd, 25 Festa tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja.
Avviz
Infakkru li matul ix-xahar ta' Ottubru, r-Ruzarju jingħad quddiem Ġesu
Ewkaristija Espost fil-Kolleggjata; kuljum fis-6.00 p.m. is-Sibt fl-4.30 p.m. u
fis-6.00 p.m.
U l-Hadd fl-4.30 pm
Inħeġġu ħalli lkoll insibu ħin biex ninġabru u nitolbu bit-talba tant għaziza għall-Madonna.
ikklikkja fuq l-istampa biex tara l-Magazine
![](https://church.mt/wp-content/uploads//2020/09/Flimkien-Settembru-2020-719x1024.jpg)
KELMA TAL-ARCIPRIET
SETTEMBRU 2020
FLIMKIEN AWWISSU 2020
ikklikkja fuq l-istampa biex tara l-Magazine
![](https://church.mt/wp-content/uploads//2020/08/Flimkien-Awwissu-2020-cover-800x1139.jpg)
AWWISSU 2020
- - - - - -
LULJU 2020
aghfas hawn iew fuq l-istampa
aghfas hawn taht
https://church.mt/flimkien-may-2020-2/
KELMA TAL-ARCIPRIET
GUNJU 2020
FLIMKIEN - MEJJU 2020
![](https://church.mt/wp-content/uploads//2020/04/Flimkien-Mejju-cover-800x1140.jpg)
aghfas hawn taht
https://church.mt/flimkien-may-2020/
KELMA TAL-ARCIPRIET
MEJJU 2020
FLIMKIEN - min NIEQA
![](https://church.mt/wp-content/uploads//2020/03/Flimkien-April-2020-cover-800x1139.jpg)
MARZU 2020
FRAR 2020
![](https://1.bp.blogspot.com/-CtgDKopLzgE/XjVRnGFareI/AAAAAAAAOVs/0QQzjz8QzTcWVEa_JYCOMxUEKU3qHMMcgCEwYBhgL/s400/Scan0020.jpg)
JANNAR 2020
![](https://1.bp.blogspot.com/-TDYv_pppsKI/XhBojVSwdeI/AAAAAAAAOUA/QYJYeVGkYbAfRK-d1ge-os1fGXK-pAnaQCLcBGAsYHQ/s400/Scan0018.jpg)
![](https://1.bp.blogspot.com/-OgdU7J_J2tY/XetToeRF1MI/AAAAAAAAOSE/OhdG3RaCu080em_cxgmYbSziJXzIqCz4ACLcBGAsYHQ/s400/6_53_41_scan185210684.jpg)
NOVEMBRU 2019
OTTUBRU 2019
SETTEMBRU 2019
![](https://1.bp.blogspot.com/-i3tGX57hKxE/XWocZLJfyjI/AAAAAAAAOBg/tIfuhD_f5CsJY-7SvxLtdB9p16EK7-MFgCLcBGAs/s400/Scan0004.jpg)
AWWISSU 2019
LULJU 2019
MEJJU 2019
APRIL 2019
MARZU 2019
FRAR 2019
JANNAR 2019
![](https://2.bp.blogspot.com/-jXiAqsGgM2k/WuSf0FPT6jI/AAAAAAAAM9Q/iNoedpvQJg8Z9RhOcTcoXPQZGGrIVSRaACLcBGAs/s320/Scan0003%2B-%2BCopy.jpg)
DICEMBRU 2018
NOVEMBRU 2018
OTTUBRU 2018
![](https://2.bp.blogspot.com/-EEVF_GdJHoo/W7JNiNODyPI/AAAAAAAANcY/YSwFf1yLotY-w87jWVvAb-pDNemL9AraACLcBGAs/s320/Scan0004.jpg)
SETTEMBRU 2018
AWWISSU 2018
LULJU 2018
GUNJU 2018
MEJJU 2018
![](https://2.bp.blogspot.com/-jXiAqsGgM2k/WuSf0FPT6jI/AAAAAAAAM9Q/iNoedpvQJg8Z9RhOcTcoXPQZGGrIVSRaACLcBGAs/s320/Scan0003%2B-%2BCopy.jpg)
APRIL 2018
MARZU 2018
FRAR 2018
JANNAR 2018
DICEMBRU 2017
NOVEMBRU 2017
OTTUBRU 2017
SETTEMBRU 2017
![](https://1.bp.blogspot.com/-LJ5BHHAuA0Q/WaUgnwjD-lI/AAAAAAAAMVE/PLWXHsl__pgnRBO7FxPWMaA8ISYdrsKBwCLcBGAs/s400/Scan0025.jpg)
LULJU 2017
GUNJU 2017
![](https://1.bp.blogspot.com/-OndB4tDOaUQ/WTDk0kmCY2I/AAAAAAAAMJ8/wPt_VB_c5p0hmZjDDimI2BCdvmaB8NffACLcB/s400/Scan0025.jpg)
MEJJU 2017
![](https://1.bp.blogspot.com/--jjVxsksW00/WQhCT-SjFZI/AAAAAAAAMHM/dVHGazgQfg0kjKsKsL-DaRK2VKP4BNmPQCLcB/s400/Scan0031.jpg)