Friday, January 15, 2021

AVVIZI TAL-PARROCCA - 2021

 


KOLLEĠĠJATA MARIJA BAMBINA
NAXXAR

HINIJIET TAL-QUDDIES FIL-PARROCCA, NAXXAR
Il-hin tal-quddies fil-Kolleggjata huma hekk;
Matul il-Gimgha: 
6.00 am,  7.00 am, 7.45 am, 8.45 am u 6.30 pm.
Is-Sibt filghaxija: 5.00 pm u 6.30 pm
Il-Hadd: 6, 7, 8, 9, 10, 11 am u 5.00 pm
 
Mhux se jkun hemm quddies fil-Kappelel u fic-Cimiterju.
 
******
SANTWARJU GESU' HNIENA DIVINA
Hinijiet Quddies:Mit-Tnejn sal-Gimgha: 8.30am
Is-Sibt: 4.30pm  u 6.30pm
Hdud u Festi: 8.30am - 10.00am - 11.30am bl-Ingliz

AVVIZI
 
IL-HADD – 17 ta’ JANNAR 2021
It-Tieni Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Evanġelju
Marru u raw fejn kien jgħammar il-Mulej.
Ġw 1:35-42
Fis-Santwarju tal-Grazzja Haz-Zabbar fl-4.00 pm se ssir quddiesa b’suffragju ta’ Marija Caruana, omm l-ex Arcipriet tan-Naxxar.
 
IT-TNEJN
Tibda l-gimgha ta’ Talb ghall-Ghaqda fost il-Knejjes Insara. Nitolbu li lkoll inkunu merhla wahda taht Raghaj wiehed.
 
 
IL-HAMIS
Fis-6.00 pm jkun hawn hin ta’ Adorazzjoni mill-Grupp tal-Abbatini u
fis-6.30 pm il-quddiesa.
 
NOTI:
Nitolbu ghar-ruh: Joseph Falzon; Aghtih o Mulej ……

APPELL 

Il-Papa Franġisku ħeġġeġ lill-Insara kollha biex jieħdu l-vaċċin tal-Covid-19, kif għamel l-Papa stess ftit tal-jiem ilu. 

L-Awtoritajiet tas-Saħħa jixtiequ jfakkru li fil-jiem li ġejjin, l-anzjani ser jirċievu ittra bl-appuntament sabiex jieħdu dan il-vaċċin u b’ hekk inkunu qed inħarsu saħħitna u nieħdu ħsieb xulxin. 

Nappellaw lill-anzjani kollha sabiex jattendu għall-appuntament li jingħataw u biex ħadd ma jitlef iċ-ċans tiegħu. Dawk li ma jridux jieħdu l-vaċċin għandhom iċemplu fuq in-numru 145 biex javżaw lill-Awtoritajiet tas-Saħħa.

***********

AVVIZI
 
IL-HADD – 10 ta’ JANNAR 2021
Niccelebraw il-Festa tal-Maghmudija tal-Mulej.
Evanġelju
Inti ibni l-għażiż; fik sibt l-għaxqa tiegħi.
Mk 1:7-11
Fit-3.30 pm jkun hawn quddiesa bic-Celebrazzjoni tas-Sagrament tal-Maghmudija.
 
IL-HAMIS
Fis-6.00 pm jkun hawn hin ta’ Adorazzjoni mill-Grupp tal-Hniena Divina u
fis-6.30 pm il-quddiesa.
 
NOTI:
Il-gabra / strina li saret fil-quddies tal-weekend li ghadda lahqet is-somma ta’ madwar 4000 euro. Grazzi hafna tal-generozita taghkom b’risq il-parrocca taghna.
 


AVVIZI
 
IL-HADD – 3 ta’ JANNAR 2021
Niccelebraw is-Solennita tal-Epifanija.
Evanġelju
Ġejna mil-Lvant nagħtu qima lis-Sultan.
Mt 2, 1-12
IL-HAMIS
Fis-6.00 pm jkun hawn hin ta’ Adorazzjoni u
fis-6.30 pm il-quddiesa.
 
IL-GIMGHA
Fl-Oratorju fis-7.30 pm jibda l-Kors ta’ thejjija ghaz-Zwieg ghall-gharajjes; filwaqt li nawguraw lil dawn il-koppji, nghidu grazzi lill-koppji mexxejja ta’ dan il-kors.
 
IL-HADD
Niccelebraw il-Festa tal-Maghmudija tal-Mulej;
Fit-3.30 pm jkun hawn quddiesa bic-Celebrazzjoni tas-Sagrament tal-Maghmudija.
 
NOTI:
F’-isem il-familji fil-bzonn li ghandna fil-parrocca nirringrazzja lil dawk il benefatturi li ghenu b’diversi modi lil dawn l-istess familji specjalment f’dawn iz-zminjijiet difficcli.
 
Il-Magazine Flimkien ghax-xahar ta’ Jannar jinsab fuq il-website tal-parrocca, www.bambinanaxxar.org
U fuq il-pagna ta’ Facebook tal-Kolleggjata u fuq il website tad-Djocesi.

*******