Avviżi Ġunju 2024

    8/06/2024


L-EVANĠELJU
Ix-xitan wasal fit-tmiem. Mk 3, 20-35

IL-ĦADD
Mil-lum il-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija tibda fil-5:30 p.m.

IT-TLIETA 
Se jkollna coffee morning fl-oratorju li jibda fid-9:00 a.m. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.

L-ERBGĦA 
Fil-Knisja Filjali ta’ Santa Luċija fid-9:00 a.m. ikun hemm laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani li tinkludi quddiesa bi ħsieb spiritwali u wara rużarju quddiem Ġesù sagramentat.

IL-ĦAMIS 
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-Grupp tal-Ħniena Divina u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.

NOTI
Nhar il-Ħadd li ġej infakkru Jum il-Missier. Iċ-Ċimiterju jkun miftuħ il-ġurnata kollha fil-weekend u l-Ħadd fl-10:00 a.m. ikun hawn quddiesa b’suffraġju tal-missirijiet mejtin tagħna.

Infakkru li fil-Kolleġġjata, kull nhar ta’ Erbgħa filgħodu jsiru laqgħat
għan-nisa tal-Azzjoni Kattolika, waqt li filgħaxija jsiru rehearsals għat-tfal tal-kor Pueri Cantores. Min jixtieq jista’ jattendi għal dawn il-laqgħat.

Nitolbu għal ruħ: Maria Concetta Borda, li mietet matul din il-ġimgħa.

Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqha, tistrieħ fis-sliem. Ammen.



                                                                                                                                                      2/06/2024

L-EVANĠELJU

Dan hu ġismi. Dan hu demmi. Mk 14:12-16,22-26

IL-ĦADD
Niċċelebraw is-Solennità ta’ Corpus. Fil-5:00 p.m. quddiesa kantata bl-omelija u wara toħroġ il-purċissjoni bis-Santissimu Sagrament; jieħdu sehem it-tfal tal-Ewwel Tqarbina, il-fratelli, l-abbatini, il-kleru u l-poplu.

IT-TNEJN 
Iċ-ċimiterju se jibda jkun miftuħ mis-7:00 a.m. sa nofsinhar. Nirringrazzjaw lil dawk li jagħtu servizz f’dan il-post qaddis. 

L-ERBGĦA 
Nibdew il-kwaranturi fil-parroċċa tagħna. Ġesù Ewkaristija jkun espost għall-adorazzjoni personali wara l-quddiesa tad-8:45 a.m. sa nofsinhar u mill-4:30 p.m. sa qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija. Xieraq insibu ħin u niġu nitolbu quddiem Ġesù espost.

IL-ĠIMGĦA  
Niċċelebraw is-Solennità tal-Qalb ta’ Ġesù. Fis-6:30 p.m. quddiesa kantata bl-omelija u wara toħroġ il-purċissjoni bis-Santissimu Sagrament. Jieħdu sehem it-tfal tal-Ewwel Tqarbina, il-fratelli, l-abbatini, il-kleru u l-poplu.

Nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ Ġunju mhux se ssir il-laqgħa fis-Santwarju tal-Madonna tat-Triq.

IL-ĦADD 
Minn nhar il-Ħadd li ġej il-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija tibda tkun fil-5:30 p.m.

NOTI
Nhar it-Tlieta 11 ta’ Ġunju se jkollna coffee morning fl-oratorju li jibda fid-9.00 a.m. Biljetti jinkisbu mingħand il-helpers. Il-ħarġa ta’ In-Nieqa għax-xahar ta’Ġunju tinsab fuq il-mezzi tal-midja soċjali
tal-Parroċċa, kif ukoll fuq in-notice boards.

Nitolbu għall-erwieħ ta’ Victoria Ciappara, li mietet matul din il-ġimgħa.

Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqha, tistrieħ fis-sliem. Ammen.

L-AĦĦAR POSTS