Avviżi April 2024

    14/04/2024


L-EVANĠELJU

Kif hemm miktub fl-Iskrittura: il-Messija kellu jbati u jqum mill-imwiet fit-tielet jum. Lq 24:35-48

IT-TLIETA
Mis-7:00 p.m. sat-8:00 p.m, fil-MUSEUM tas-subien se ssir il-laqgħa dwar il-Kelma t’Alla. Kulħadd huwa mistieden.

IL-ĦAMIS 
Fis-6:00 p.m ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-grupp tal-abbatini u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.

NOTI
Infakkru li fis-sagristija ssibu flixkun bl-ilma mbierek kif ukoll is-santa bit-talba tat-tberik.

Il-magazine Flimkien ta’ dawn ix-xahrejn jinsab ħdejn il-bibien tal-Knisja. Ħudu kopja magħkom intom u ħerġin.

Nitolbu għall-erwieħ ta’ John Borg u Marija Sammut, li mietu matul din il-ġimgħa.

Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen.

    


07/04/2024


L-EVANĠELJU
Tmint ijiem wara ġie Ġesù. Ġw 20:19-31


IL-ĦADD  
Festa tal-Ħniena Divina: Illejla fis-Santwarju tagħha fil-5:00 p.m. se jkun hemm espożizzjoni tal-ewkaristija, rużarju u kurunella tal-Ħniena Divina u barka sagramentali.

Fil-5:30 p.m. quddiesa bil-kant u bl-omelija.

L-ERBGĦA 
Fl-Oratorju jkollna coffee morning b’risq il-Knisja Filjali tal-Kunċizzjoni. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.

Fil-Knisja Filjali ta’ Santa Luċija fid-9:00 a.m. ikun hemm laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani li tinkludi quddiesa u rużarju.

IL-ĦAMIS 
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-Grupp tal-Ħniena Divina u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.

IL-ĦADD 
L-14 ta’ April, niċċelebraw Jum il-Karità. Għaldaqstant, il-ġbir kollu li jsir fil-quddies tal-weekend ikun b’risq l-istituti tal-karità li l-Knisja għandha f’Malta.

NOTI
Fis-sagristija ssibu flixkun bl-ilma mbierek u s-santa bit-talba tat-tberik. L-Arċisqof iħeġġeġ sabiex il-kap tal-familja jiġbor jew tiġbor  il-familja ta’ madwaru/a j/titlob u j/tbierek lil dawk preżenti.

Nitolbu għall-erwieħ ta’ Joseph Apap, Walter Debono u Emanuel Falzon, li mietu matul din il-ġimgħa.

Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen.

L-AĦĦAR POSTS