Avviżi Frar 2024

    25/02/2024


L-EVANĠELJU
Dan hu Ibni l-għażiż. Mk 9:2-10


IL-ĦAMIS
Fil-MUSEUM tas-subien, fid-9:30 a.m. se jkun hemm il-laqgħa għar-irgiel. Inħeġġuhom jieħdu sehem.

Il-ĠIMGĦA 
L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-Ministri tat-Tqarbin u jsir talb għall-vokazzjonijiet, u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.

Wara l-vanġelu issir riflessjoni dwar it-tieni Misteru tat-Tbatija.

NOTI
Illum il-grupp tal-fundraising għandhom għall-bejgħ il-Kwareżimal. Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom. Infakkrukom sabiex tħallu l-envelowp bl-offerta tagħkom fis-sagristija b’risq il-festa tal-Bambina. Min ma wasallux envelowp jista’ jakkwista wieħed mis-sagristija.

Mal-bibien tal-knisja hemm is-santi bl-Innu Malti. Tistgħu tieħdu minnhom intom u ħerġin.

Il-ħarġa ta’ In-Nieqa għax-xahar ta’ Marzu tinsab fuq il-mezzi tal-midja soċjali tal-parroċċa, kif ukoll fuq in-notice boards. Tinkludi, fost l-oħrajn, il-programm tal-Ġimgħa Mqaddsa.

Nitolbu għall-erwieħ ta’: John Drury u Victoria Psaila, li mietu din
il-ġimgħa.

Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen.


 18/02/2024


L-EVANĠELJU
Kien imġarrab mix-xitan, u l-anġli kienu jaqduh. Mk 1:12-15


IT-TNEJN 
Wara l-quddiesa tad-8:45 a.m. jibda kors ta’ eżerċizzji għal kulħadd, jipprietka Patri Victor Paul Farrugia.

IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-membri tal-Kummissjoni tad-Djakonija u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.

NOTI
Infakkru li matul ir-Randan tingħad il-Via Sagra flok ir-Rużarju. Illum, il-grupp tal-fundraising għandhom għall-bejgħ il-Kwareżimal - grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom.

Nhar il-Ħadd li ġej, il-25 ta’ Frar, il-kumitat tal-Festa ser jorganizza Afternoon Tea bit-tombla fl-oratorju mit-3:30 p.m. 'il quddiem. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers jew mis-sagristija.

Mal-bibien tal-knisja hemm is-santi tas-Seminarju, tistgħu tieħdu minnhom intom u ħerġin.

F’dawn il-ġranet tqassmu l-envelopes tal-festa. Tistgħu tħallu l-offerta tagħkom fis-sagristija. Nirringrazzjawkom.

Nitolbu għall-erwieħ ta’: Mary Scriha, Carmelo Xuereb u Constantino Azzopardi, li mietu din il-ġimgħa.

Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen.



   11/02/2024


L-EVANĠELJU
Il-ġdiem marlu u ġismu ndaf. Mk 1, 40-45


IT-TNEJN 
Fis-7:00 p.m. fil-boardroom tal-annexe se ssir il-laqgħa tal-Kummissjoni Liturġija.

L-ERBGĦA 
Il-bidu  taż-żmien qaddis tar-Randan: fil-quddies kollu jsir it-tberik u t-tqegħid tal-irmied fuq ras in-nies.

Fis-6:30 p.m. quddiesa bil-kant u l-omelija. Infakkru li hemm obbligu għas-sawm u l-astinenza.

IL-ĦAMIS 
Fl-Oratorju se jkun hemm coffee morning. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers. 

Fil-MUSEUM tas-subien, fis-5:45 p.m., se ssir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina ta’ din is-sena. Imħeġġa jattendu.

Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.

IL-ĠIMGĦA 
Ġesù Redentur: fil-5:30 p.m. quddiesa letta u wara joħroġ pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ Ġesù Redentur, mat-tmiem tal-pellegrinaġġ tingħata l-benedizzjoni sagramentali.

NOTI
F’dawn il-ġranet qed jitqassam bil-posta envelowp f’kull dar sabiex tagħtuna offerta ta’ flus b’risq il-festa ta’ Marija Bambina. Infakkru li din hija waħda miż-żewġ ġabriet ewlenin li ssir fid-djar b’risq il-festa titulari tagħna.

Fil-weekend li ġej, fil-knejjes kollha, fil-quddies kollu ssir ġabra għall-bżonnijiet tas-Seminarju, il-post fejn jiġu mħarrġa s-saċerdoti tal-futur. Inkunu ġenerużi.

Nitolbu għall-erwieħ ta’ Josephine Fenech u Natasha Mifsud li mietu matul din il-ġimgħa. 

Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen.


    

4/02/2024


L-EVANĠELJU
Ġesù jfejjaq ħafna morda minn bosta mardiet. Mk 1, 29-39

IT-TNEJN 
Fil-board room tal-Annexe fis-7:15 p.m. se ssir laqgħa għall-koppji miżżewġin.

IL-ĦAMIS 
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’adorazzjoni u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.

IS-SIBT 
L-10 ta’ Frar, solennità tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta. Hemm obbligu għas-smigħ tal-quddies. Filgħodu l-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd, waqt li filgħaxija l-quddies ikun bħal nhar ta' Sibt jiġifieri fil-5:00 p.m. u s-6:30 p.m.

Nixtiequ ninfurmaw lil dawk li jixtiequ jipparteċipaw fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira 2024, li mil-lum jistgħu jinkitbu fl-annexe mid-9:30 a.m. 'il quddiem, billi jsaqsu għall-membri tal-kumitat. Dawk l-individwi li għad għandhom xi kostum tal-Ġimgħa l-Kbira li huwa proprjetà tal-Parroċċa u għadu ma ġiex irritornat, huma mitluba jirritornawh mill-aktar fis. Dan l-avviż jgħodd ukoll għal dawk li jixtiequ jipparteċipaw bl-istess kostum din is-sena.

Nhar il-Ħamis, il-15 ta’ Frar, ser ikollna Coffee Morning fl-Oratorju - il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.

Nitolbu għal ruħ Salvu Sciberras, li miet matul din il-ġimgħa.

Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fis-sliem. Ammen.

L-AĦĦAR POSTS