Avviżi Jannar 2024

Jannar 2024

    28/01/2024


L-EVANĠELJU
Kien jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa. Mk 1:21-28

IL-ĦADD 
Illejla fl-Oratorju mit-3:30 p.m. 'il quddiem se jkun hemm “Afternoon Tea” u bit-tombla b’risq il-Knisja Filjali ta’ Santa Luċija. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.

IL-ĦAMIS 
Fil-Museum tas-Subien fid-9:30 a.m. jkun hemm il-laqgha għall-iirgiel, inħeġġuhom jieħdu sehem.

IL-ĠIMGĦA 
It-2 ta’ Frar: Il-Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju. L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: fis-6:00 p.m. jingħad ir-rużarju, isir it-tberik tax-xemgħa, il-purċissjoni fil-knisja u quddiesa bil-kant. Għal din il-quddiesa qed nistiednu lit-tfal li din is-sena ser jagħmlu l-ewwel tqarbina u lill-ġenituri tagħhom.

NOTI
Il-ħarġa ta’ In-Nieqa għax-xahar ta’ Frar tinsab fuq il-mezzi tal-midja soċjali tal-parroċċa u fuq in-notice boards.

Il-Little Sisters of the Poor bagħtu jinfurmawna li mid-donazzjonijiet tagħna ġabru 3,264 ewro. Bagħtu jirringrazzjawna u wegħduna wkoll it-talb tagħhom.

Nixtiequ ninfurmawkom li qed jintlaqgħu applikazzjonijiet online għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta mill-1 sad-29 ta’ Frar. Aktar informazzjoni tinkiseb minn fuq in-notice board u l-website tal-Knisja. 

Nitolbu għal ruħ: Charlie Schembri: li miet din il-ġimgħa


Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fis-sliem. Ammen.


    21/01/2024


L-EVANĠELJU
Indmu u emmnu fl-Evanġelju.   Mk 1:14-20


IL-ĦADD 
F’dawn il-ġranet tkompli l-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost il-Knejjes Insara.

IL-ĦAMIS 
Fis-6:00 p.m. ikun hawn  ħin ta’ adorazzjoni miċ-Ċentru Soċjali tal-Anzjani u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.

NOTI
Nhar il-Ħadd li gej, 28 ta’ Jannar, għall-quddiesa tad-9:30 a.m. qed nistiednu lill-adolexxenti li din is-sena ser jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof, u lill-ġenituri tagħhom. Ilkoll se jwiegħdu l-kooperazzjoni tagħhom mal-katekisti fil-formazzjoni għal dan is-sagrament.

Nhar il-Ħadd ukoll, fl-Oratorju mit-3:30 p.m. 'il quddiem se jkun hemm Afternoon Tea bit-tombla b’risq il-Knisja Filjali ta’ Santa  Luċija. Biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.

Illum, il-membri tal-Kumitat tal-Festa għandhom il-qagħaq tal-għasel għall-bejgħ, waqt li wħud mil-Little Sisters of the Poor qed jilqgħu donazzjonijiet b'risq il-ħidma taghhom mal-anzjani.

Nitolbu għall-erwieħ ta’: Stefano Cassar, u Mona Aquilina li mietu matul din il-ġimgħa.


Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen.

    7/01/2024


L-EVANĠELJU
Ġejna mil-Lvant nagħtu qima lis-Sultan. Mt 2, 1-12

IL-ĦAMIS 
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-grupp tal-Ħniena Divina u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.

Mis-7:30 p.m. sad-9:00 p.m., fl-Oratorju se ssir lejla ta' Tiġdid Kariżmatiku. Kulħadd huwa mistieden.

IS-SIBT 
Fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, fil-5:30 p.m., Mons. Arċisqof se jqaddes għall-għarajjes li se jiżżewġu matul din is-sena.

NOTI
Nhar l-Erbgħa, 17 ta’ Jannar, se jkollna Coffee Morning fl-Oratorju. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-Helpers.

Il-Kor Gaudete in Domino qed jagħmel sejħa lill-irġiel u n-nisa sabiex isiru membri fi ħdan il-Kor, jistieden ukoll organisti li jixtiequ jakkumpanjaw lil-Kor fis-servizzi tiegħu. Aktar dettalji ssibuhom fuq in-notice board, kif ukoll fuq il-paġna Facebook tal-parroċċa.

Il-ġabra li saret fil-Kolleġġjata fil-quddies ta’ filgħaxija fl-aħħar jum tas-sena għad-Dar tal-Providenza kienet ta’ 1,280 ewro. F'isem ir-Rev. Fr. Martin, id-direttur, ngħidulkom grazzi.

Il-ġabra strina tal-Parroċċa kienet ta’ 1,470 ewro.

Nitolbu għal ruħ Charlie Sciberras, li miet din il-ġimgħa.

Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fis-sliem. Ammen.

L-AĦĦAR POSTS