Tislima - Mons. Richard Borg

Ritratt - John Magro

Ir-Rev. Kan. Mons. Richard Borg

Insellmu l-memorju ta' Mons. Richard Borg, iben il-Parroċċa tan-Naxxar u wieħed mill-ewwel membri fil-Kapitlu tal-Kolleġġjata tan-Naxxar, li mar jiltaqa' mal-Mulej illum, 6 ta' April 2023. 

Inroddu ħajr lil Alla għad-doni li tana permezz tiegħu u għall-ġid li wettaq fuq din l-art fid-diversi karigi li serva fil-Knisja. 

Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta' dejjem, id-dawl ta' dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fis-sliem. Ammen


Il-Funeral tiegħu se jsir nhar it-Tnejn, l-10 t'April 2023, fit-3.30 p.m fil-Kolleġġjata ta' Marija Bambina, in-Naxxar.





L-AĦĦAR POSTS