LEGAT IMWAQQAF MINN NICOL'ANGELO MACCANUZIO
KONKORS GHAD-DEPUTAZZJONI TAL-LEGAT
IMWAQQAF MINN NICOL’ANGELO MACCANUZIO
Ngħarrfu li d-Deputażżjoni sejra tgħaddi għall-għażla ta’ tnejn u sebgħin
(72) kandidat biex jigi mwettaq il-legat imħolli minn Nicol’Angelo Maccanuzio
iben Reinerio Maccanuzio miżżewġa, li b’disposiżiżżjoni tal-4 ta’ Settembru, 1618, fl-atti tan-Nutar Giovan Simone De
Lucia, fejn jordna li, kull sena, b’renta determinata tigi ddotata:
1) xebba, konsangwinja tieghu li tixtieq tiżżewweġ jew
tidħol soru,
2) jekk ma jinstabux kwalunkwe xebba oħra,
3) jekk xi ħadd li jigi minnu jiġu ordnat saċerdot
tingħatalu id-dota ta’ sena
B’digriet tal-Ordinarju tal-5 ta’ Lulju 1977 ġie deċiż li ir-renta ta’ kull
sena ta’ dan il-legat tiġi maqsuma b’4 doti ta’ ċirka Lm140 kull waħda.
Issa, l-imsemmija ċifra ġiet ekwiparata għall-326.11 Ewro.
L-aħħar li tqassam kien fl-2003. Għalhekk dan il-konkors qed isir
għall-perjodu 2004-2021.
Dal-konkors sejjer
isir fuq fondi ta’ dan il-Legat li nġabru sas-sena 2021.
Għaldaqshekk dawk
hollha li għandhom dritt għall-konsegwiment tal-legat fuq imsemmi għandhom fi zmien sitt ġimgħat li jinbdew mill-Hadd, 20
ta’ Frar 2022, u jagħlqu fit-3 t’April 2022, iressqu it-talba taghhom flimkien
mad-dokumentazzjoni necessarja tramite
l-ġeneoloġista.
_________________________
Rev. Dr Nicholas J.
Doublet
Segretarju
Tal-Kummissjoni tal-Legati Taz-Żwieġ