Friday, September 22, 2017

AVVIZI - 24 ta' SETTEMBRU 2017

Image result for matthew 20 1-16
L-25 HADD TA' MATUL IS-SENA
PARROCCA NAXXAR                                                
24 SETTEMBRU 2017
AVVIZI

IT-TNEJN
Terga tiftah il-knisja ta’ Sta Marija tax-Xaghra ghall-Adorazzjoni taghna quddies Gesu’ Ewkaristija espost.

IL-HAMIS
Jergghu jibdew il-laqghat ghall-Anzjani taghna fl-annexe. Jibdew bil-quddiesa tad-8.45 a.m. inhegguhom jattendu u nghid grazzi lil min imexxi dawn il-laqghat.

Fis-6.00 p.m. ikun hawn hin ta’ Adorazzjoni mmexxija mill-Azzjoni Kattolika Nisa u fis-6.30 p.m. il-quddiesa.

Fl-Annexxe fis-7.00 p.m. ikomplu l-laqghat tal-Meditazzjoni Nisranija; min hu interessat jista jiehu sehem.

IL-HADD
1 ta’ Ottubru; Festa tal-Madonna tar-Ruzarju.
Fil-5.00 p.m. quddiesa bil-kant u bl-omelija u wara tohrog il-purcissjoni bl-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju.
Il-quddiesa tas-6.30 p.m. issir is-Sghajtar.

NOTI
Matul Ottubru fis-6.00 p.m. jinghad ir-ruzarju quddiem Gesu espost.

Minn ottubru ukoll ser jergghu jibdew il-lezzjonijiet tal-line dancing fl-oratorju; min jixtieq jibbukkja ghandu jmur l-oratorju nhar l-erbgha u nhar il-hamis mis-6.00 p.m. il-quddiem.

Minn Ottubru il-hin tal-quddies tal-Hadd filghaxija jkunu:-

fil-5.00 p.m. u fis-6.30 p.m.