Saturday, April 22, 2017

AVVIZI - 23 APRIL 2017 - IT-TIENI HADD TAL-GHID

Image result for DIVINE MERCY

PARROCCA NAXXAR                                                
Data: 23/04/2017
AVVIZI

IT-TIENI HADD TAL-GHID

IL-HADD
It-Tieni Hadd tal-Ghid; Festa tal-Hniena Divina.
Fis-Santwarju taghha fil-5.00 p.m. tibda  Adorazzjoni u wara quddiesa bil-kant; imexxi l-E.T. Mons Charles J Scicluna, Arcisqof ta’ Malta.

IT-TLIETA
Il-quddiesa ta’ filghaxija se ssir fl-annexe.

L-ERBGHA
Ikollna coffee morning fl-Oratorju; nibdew bil-qudiesa tad-8.45 a.m. biljetti jinkisbu minghand il-helpers.

IL-HAMIS
Fis-6.00 p.m. jkun hawn hin ta’ Adorazzjoni mill-membri tal-Legjun ta’ Marija u
fis-6.30 p.m. il-quddiesa.

Fis-7.00 p.m. is-Scjeta tal-Museum ser jorganizzaw attivita tal-Ghid ghal kulhadd li ggib l-isem ta’ Crosslight.

IS-SIBT
Nhar is-Sibt jibda l-Bazaar fl-annexe tal-knisja; napprezzaw jekk f’dawn il-granet iggibulna oggetti sabiex jinbieghu f’dan il-bazaar; biss mhux hwejjeg uzati.

IL-HADD
Niccelebraw Jum il-Karita; Fil-quddies kollu issir il-gabra ghal karita b’risq l-istituti tal-karita f’Malta.

NOTI
Filwaqt li nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw is-sehem taghhom fil-festi li ghaddew, dawk li ghandhom ilbiesi relatati mal-Gimgha l-Kbira jirritornawhom fis-sagrestija matul din il-gimgha.

Kif tistghu taraw intramat l-ewwel linfa restawrata mill-hamsa li ghandna. Veru li d-donazzjonijiet bdew dehlin izda ghadna lura hafna hafna. Biss xorta hassejna li ghandna nibdew dan il-progett bil-ghan li meta wiehed jara b’ghajnejh jitqanqal iktar u jaghmel l-offerta tieghu b’imhabba lejn Marija Bambina.

Ir-restawr ta’ kull linfa jiswa € 6, 500. Hawn min qed jistaqsi: mela kif issemmiet ic-cifra ta € 11, 000 ? Din ic-cifra tapplika jekk issir linfa kompletament gdida u mhux restawr, li fil-kaz taghna dan ma japplikax. Min jixtieq jaghti donazzjoni ta’ flus jista jiehu envelop min hdejn l-artal ta’ San Guzepp jew javvicina lill Arcipriet.


Bhal dejjem napprezzaw il-kummenti taghkom sakemm dawn ikunu fid-dawl tad-disinn tal-linfa originali i.e. tal-1890 meta kienu saru.