AVVIZI - 09 ta' APRIL 2017 - HADD IL-PALM

Image result for palm sunday 2017
PARROCCA NAXXAR                                                
Data: 09/04/2017
AVVIZI

HADD IL-PALM

IL-HADD
Naghtu bidu ghal-Gimgha Mqaddsa bit-Tifkira Solenni ta’ Hadd il-Palm;
Fid-9.15 a.m. isir it-tberik tal-palm u taz-zebbug hdejn il-knisja ta’ Sta Lucija u nimxu processjonalment lejn il-parrocca fejn titkompla quddiesa kantata.

IT-TNEJN
Fis-Santwarju tal-Hniena Divina fis-7.00 p.m. se jsir ir-Rakkont tal-Passjoni ta’ Gesu’ skont il-Lizar ta’ Turin; kulhadd huwa mistieden.

IT-TLIETA
Fil-Knisja Arcipretali fl-10.00 a.m. se jkun hawn Quddiesa ghall-Morda u l-Anzjani taghna; matulha jinghata is-sagrament tad-dilka tal-morda.

Fis-7.30 p.m. jibda Kuncert ta’ Muzika Sagra mill-kor Jubilate Deo u riflessjonijet marbutin mal-Passjoni ta’ Gesu’.  Kulhadd imheggeg jkun prezenti.

IL-HAMIS
Jum it-twaqqif tas-Sacerdozju u tal-Ewkaristija.
Fis-6.30 p.m. tibda Koncelebrazzjoni Solenni li matulha isir ir-rit tal-hasil tar-riglejn; wara t-tqarbin isir it-trasport tal-Ewkaristija lejn l-Artal tar-Reposizzjoni.
Fit-8.30 p.m. ikun hawn il-Visti u fl-10.00 p.m. tibda siegha Adorazzjoni.

IL-GIMGHA
Tifkira Solenni tal-Mewt ta’ Gesu’.
Fis-6.30 a.m. u fis-7.30 a.m. ikun hawn il-visti. Fit-8.30 a.m. nirrecitaw is-salmi u fl-9.45 a.m. riflessjonijiet ghat-tfal u fil-10.45 a.m. jerga jkollna l-visti.
Fit-3.00 p.m. tibda t-tifkira solenni tal-mewt ta’ Gesu’.
Fil-5.30 p.m. tibda hierga l-purcissjoni; fuq iz-zuntier se jkun hemm siggijiet apposta ghal min jixtieq u tintalab donazzjoni ta’ € 3.
Infakkru li f’dan il-jum hemm obbligu ghas-sawm u astinenza.

IS-SIBT
Mis-7.15 p.m. il-quddiem ikun hawn il-qrar u
Fit-8.00 p.m. tibda l-funzjoni tal-Vgili tal-Ghid li tinkludi wkoll ic-celebrazzjoni tas-Sagrament tal-Maghmudija.

HADD IL-GHID 16 ta’ APRIL 2017
Solennita’ tal-Qawmien tal-Mulej mill-mewt.
Il-hin tal-quddies filghodu ikun hekk; fis-7.00 a.m. fit-8.00 a.m. u fil-11.00 a.m.
Wara l-quddiesa tat-8.00 a.m. tohrog il-purcissjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt u tidhol wara l-quddiesa tal-11.00 a.m.

NOTI :
Napprezzaw jekk sa nhar l-Erbgha iggibulna fjuri bojod u weraq tal-belladonna ghas-sepulkru.

Nhar Hamis ix-Xirka ser norganizzaw mixja ma’ Gesu’ permezz ta’ seba visti f’seba parrocci f’Malta. Nitilqu mill-pjazza fit-8.15 p.m. Biljetti minghand il-helpers.

Illum wara l-quddiesa hdejn il-bibien tal-knisja ikompli l-bejgh ta’ oggetti religjuzi, fosthom kotba tal-visti.

Nitolbu ghar-ruh: Margaret Borg; Aghtiha o Mulej .......


Infakkru li l-quddies nhar ta' Sibt fis-Santwarju Hniena Divina jkun fil-5.00 p.m. u fis-6.30 p.m.

L-AĦĦAR POSTS