AVVIZI - 02 APRIL 2017


PARROCCA NAXXAR                                                
Data: 02/04/2017
AVVIZI

IL-HAMES HADD TAR-RANDAN

IT-TNEJN
Fil-knisja Arcipretali fis-7.00 p.m. tibda laqgha ta’ formazzjoni spiritwali ghar-reffiegha kollha u ghall-personaggi kollha li se jiehdu sehem fil-purcissjonijet tal-Gimgha l-Kbira u l-Irxoxt. Nesigi li lkoll ikunu prezenti.

L-ERBGHA
Fil-kazin Vittorja fis-7.00 p.m. se jsir ir-rakkont tal-Passjoni ta’ Sidna Gesu Kristu skond il-Lizar ta’ Turin. Wara jkun hemm il-ftuh u tberik tal-wirja. Kulhadd huwa mistieden.

IL-HAMIS
Lejliet id-Duluri;
Fis-5.45 p.m. tibda Celebrazzjoni Penitenzjali Komunitarja; ikun hemm ukoll hin ghall-qrar.

IL-GIMGHA
Festa ta’ Marija Addolorata taht is-salib
Il-hin tal-quddies filghodu jkun bhas-soltu;
Filghaxija fil-5.00 p.m. jkollna quddiesa bl-omelija;
fis-6.00 p.m. tohrog il-Purcissjoni u mad-dhul tinghata l-benedizzjoni fil-Pjazza. Wara tibda quddiesa ohra fil-knisja.

Fil-MUSEUM tas-subien fl-10.00 a.m. se jkun hemm quddiesa ghar-rgiel kollha; qabel ikun hemm hin ghall-qrar.

Mid-Duluri sal-Gimgha l-Kbira tibda Gimgha ta’ Sagrificcju; ghal dan il-ghan mall-bibien tal-knisja se jkun hemm kaxxi apposta sabiex inpoggu oggetti tal-ikel biex jinghataw lill-istituti ta’ karita.
IL-HADD
Naghtu bidu ghal-Gimgha Mqaddsa bit-tifkira solenni ta’ Hadd il-Palm;
Fid-9.15 a.m. isir it-tberik tal-palm u taz-zebbug hdejn il-knisja ta’ Sta Lucija u nimxu processjonalment lejn il-parrocca fejn titkompla quddiesa kantata.
  
NOTI :
Il-kuncert annwali ghal dan iz-zmien mill-Kor Jubilate Deo se jsir nhar it-Tlieta 11 ta’ April fil-Knisja Arcipretali fis-7.30 p.m. Kulhadd huwa mistieden.

Nhar Hamis ix-Xirka ser norganizzaw Mixja ma’ Gesu’ permezz ta’ Seba Visti f’seba parrocci f’Malta. Nitilqu mill-pjazza fit-8.15 p.m. Biljetti minghand il-helpers.

Illum wara l-quddiesa hdejn il-bibien tal-knisja se jkun hemm il-bejgh ta’ figolli kif ukoll ta’ oggetti religjuzi marbutin mal-gimgha mqaddsa.

Infakkru li mis-Sibt, 1 ta' April, il-quddies nhar ta' Sibt fis-Santwarju Hniena Divina jkun fil-5.00 p.m. u fis-6.30 p.m.

Nitolbu ghar-ruh: Rita Tanti. Aghtiha o Mulej ....


L-AĦĦAR POSTS