Friday, October 7, 2016

AVVIZI - 09 ta' OTTUBRU 2016 - 28 HADD TA' MATUL IS-SENA

Image result for luke 17 11-19
PARROCCA NAXXAR                                                
Data: 09/10/2016
AVVIZI

IT- TNEJN
F’dawn il-granet is-sacerdoti regghu bdew biz-zjajjar fil-familji kif ukoll it-Tberik fiz-zona tas-Sghajtar u ta’ San Pawl tat-Targa; xieraq li fejn hu possibbli l-familja tingabar u titlob mas-sacerdot.

L-ERBGHA 
Wara l-quddiesa ta’ filghaxija jkun hawn laqgha dwar il-hidma tal-Ufficcju Missjunarju kemm f’Malta kif ukoll barra. Kulhadd huwa mistieden.

IL-HAMIS 
Fis-6.00 p.m. jkun hawn hin ta’ Adorazzjoni mid-devoti tal-Hniena Divina.

Nhar ta’ Hamis matul Ottubru il-membri tal-Legjun ta’ Marija ser jghidu r-ruzarju fil-knisja ta’ Sta Marija tax-Xaghra fil-5.00 p.m.

NOTI :
Nhar il-Hamis 20 ta’ Ottubru ser norganizzaw Coffee Morning fl-Oratorju; Ahsbu minn kmieni ghall-biljetti minghand il-helpers.

Dawk li jixtiequ joffru quddies ghal-mejtin fis-sena 2017 ghandhom javvicinaw lil xi hadd mis-sacerdoti.

Infakkrukom fil-bazaar tas-Sorijiet Dumnikani li se jibqa miftuh sas 16 ta’ Ottubru;

Fuq iz-zuntier hemm membri  tal-hospice sabiex jilqghu donazzjonijiet b’risq dawk morda bil-cancer u mard iehor. Inkunu generuzi.

Nergghu infakkru li l-hin tal-quddies tal-Hadd filghaxija qed jkun; fil-5.00 p.m. u fis-6.30 p.m.