AVVIZI - IT-TIELET HADD TAL-GHID - 10 APRIL 2016


PARROCCA NAXXAR                                                
Data: 10/04/2016
IT- TIELET HADD TAL - GHID
AVVIZI

IT-TNEJN
Infakkrukom li matul din il-gimgha nkomplu it-Tberik fil-Familji - araw il programm fil-Flimkien, kif ukoll fil-website - www.bambinanaxxar.org

Fl-Annexxe fis-7.15 p.m. ikun hemm laqgha tal-Gruppi Familji Nsara.

IL-HAMIS
Fid-8.45 a.m. jitlaq it-trasport mill-pjazza ghal dawk li sejrin il- Pellegrinagg ghall-kunvent ta’ Sta. Rita f’San Giljan li jkun jinkludi quddiesa u coffee morning wara. Biljetti minghand il-helpers.

Fis-6.00 p.m. jkun hawn hin ta’ Adorazzjoni mill-Grupp tal-Kelma tal-Hajja.

IL-GIMGHA
Fl-oratorju fis-7.30 p.m. jkun hemm laqgha ghal dawk l-gharajjes li se jizzewgu fi zmien sitt xhur; din hija parti mill-formazzjoni ghal dawk li se jiccelebraw zwieg nisrani.

NOTI

Nhar il-Hamis, 21 ta’ April filghodu, il-grupp tal-irgiel li jiltaqghu regolarment fil-Museum tas-subien ser jorganizzaw Pellegrinagg ghas-Santwarju tal-Mellieha li jinkludi quddiesa u jghaddu wkoll mill-Bieb tal-Hniena. Dawk l-irgiel li jixtiequ jmorru ghandhom jinkitbu fis-sagristija.


Nitolbuh ghar-ruh: Alfred Brincat u Anthony Cassar: Aghtihom o Mulej .....

L-AĦĦAR POSTS