AVVIZI - L-HAMES HADD TAR-RANDAN - 13 ta' MARZU 2016

   
PARROCCA NAXXAR                                                
Data: 13/03/2016
Il-HAMES HADD TAR-RANDAN
AVVIZI

IL-HADD
F’dan il-week end fuq iz-zuntier se jkollna l-Figolli ghall-bejgh; bix-xiri taghkom tkun qed tghinu lill-parrocca taghna.

IT-TNEJN
Fil-knisja parrokkjali fil-quddiesa tas-6.30 p.m. isir l-ahhar Kors ta’ Ezercizzi ghal kulhadd; il-predikatur se jkun Patri Aurelio Mule Stagno Sdb.

IL-HAMIS
Lejliet id-Duluri; filghaxija jkollna l-qrar min diversi sacerdoti; fis-5.45 p.m. ikun hawn celebrazzjoni penitenzjali komunitarja.

Fl-Oratorju fis-7.00 p.m. il-MUSEUM tas-subien ser jorganizzaw Velja ta’ talb u riflessjonijiet marbutin mas-sena tal-hniena; ikun hemm ukoll konfessur ghall-qrar; kulhadd huwa mistieden.

IL-GIMGHA
Festa ta’ Marija Addolorata taht is-Salib;

Il-hin tal-quddies filghodu jkun bhas-soltu;
Filghaxija l-programm ikompli hekk;
fil-5.00 p.m. quddiesa bil-kant u bl-omelija;
fis-6.00 p.m. tohrog il-purcissjoni; mat-tmiem tal-purcissjoni tinghata l-benedizzjoni sagramentali fil-pjazza.
Wara, i.e. ghal habta tas-7.30 p.m. tibda quddiesa ohra fil-knisja.

IL-HADD
Hadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej;
Il-hin tal-quddies filghodu jkun hekk; 6.00 a.m. 7.00 a.m. 8.00 a.m.
Fid-9.15 a.m. ningabru lkoll hdejn il-knisja ta’ Sta Lucija fejn isir it-tberik tal-palm u taz-zebbug u nimxu procesjonalment sal-knisja fejn titkompla quddiesa kantata. 

NOTI
Matul din il-gimgha is-sacerdoti taghna jkomplu bil Family Visits fiz-zona ta’ Birguma u San Pawl tat-Targa. Xieraq li possibilment il-membri tal-familja jkunu prezenti.

Il-gbir kollu li jsir fil-week end li gej ikun b’risq il-festi tal-Gimgha l-Kbira u l-Irxoxt.

Irridu nghidu grazzi lill-helpers li hadmu tant figolli, izda irridu nirringrazzjaw ukoll lil dawk li tawna tant ingredjenti.

Nhar it-Tlieta 22 ta’ Marzu fil-knisja parrokkjali fis-7.30 p.m. il-kor Iubilate Deo se jesegwixxi l-Via Crucis ta’ Franz Liszt; se jintwera wkol slide show dwar il-passjoni ta’ Gesu’; kulhadd huwa mistieden.

Il-Via Crucis Nazzjonali mmexxija mill-Arcisqof se ssir nhar l-Erbgha 23 ta’ Marzu fis-7.30 p.m. fic-centru ta’ San Blas Haz Zebbug; dawk li jixtiequ jmorru ghandhom jinkitbu fis-sagristija.

Infakkrukom fil-knisja ta’ San Pawl tat-Targa mit-Tnejn sal-Gimgha qed ikun hemm quddiesa fil-5.30 p.m, u s-Sibt fis-6.00pm.

Nitolbu ghar-ruh: Joseph Pirotta; Aghtih o Mulej ....



L-AĦĦAR POSTS