Friday, February 26, 2016

AVVIZI - IT- 3 HADD TAR-RANDAN - 28 ta' FRAR 2016

PARROCCA NAXXAR                                                
Data: 28/02/2016
IT-TIELET HADD TAR-RANDAN
AVVIZI

IL-HADD
Fl-oratorju jibda high tea u tombola mis- 2.30 p.m. il-quddiem. Biljetti jinkisbu minghand il-helpers.

IT-TNEJN
Filghodu se jsir il-hasil tal-knisja; napprezzaw jekk ikun hawn min jista jigi jghinna f’din il-hidma.

Filghaxija, u it-Tlieta filghaxija ser jintramaw l-istatwi tal-Gimgha l-Kbira fil-knisja; kull ghajnuna hija apprezzata; infakkru wkoll biex dawk li ghadhom ma tawx l-envelop bl-offerta taghhom b’risq il-festa tal-vitorja jistghu ihalluh fis-sagrestija 

L-ERBGHA
Fil-knisja ta’ San Gwann fis-7.30 p.m. se jkun hemm laqgha ghas-separati.

IL-HAMIS
Gejna mistiedna mil-komunita tas-seminarju biex niehdu sehem maghhom fl-adorazzjoni u quddiesa. Min jixtieq jigi ghandu jinkiteb fis-sagrestija halli norganizzaw trasport li jitlaq mill-pjazza fis-5.45 p.m.

IL-GIMGHA
Festa ta’ Gesu Redentur;
Fil-5.30 p.m. jibda l-pellegrinagg mill-parrocca lejn is-Santwarju tal-Hniena Divina u jghaddi minn dawn it-toroq: Sta Lucija, Guze Muscat u Sta Marija; matul it-triq issir il-Via Sagra.  Kif naslu s-santwarju tibda quddiesa bil-kant u bl-omelija. Imheggin niehdu sehem.

NOTI
Matul din il-gimgha is-sacerdoti taghna jkomplu bil Family Visits fiz-zona ta’ Birguma u San Pawl tat-Targa. Xieraq li possibilment il-membri tal-familja jkunu prezenti.

Nhar il-Hamis 10 ta’ Marzu ser norganizzaw buffet breakfast f’lukanda ewlenija fl-okkazzjoni ta’ Jum il-Mara; biljetti jinkisbu minghand il-helpers.

F’dawn il-granet qed jitqassam il-magazine Flimkien. Fost ohrajn issibu l-programm tal-gimgha imqaddsa kif ukoll tat-tberik tal-familji.

Fl-okkazzjoni tas-Sena tal-Hniena, l-Arcisqof Charles Scicluna se jmexxi pellegrinagg fl-art imqaddsa mill-4 sat- 12 ta’ Mejju; min jixtieq jissieheb f’dan il-pellegrinagg ghandu jinforma fl-ufficcju parrokkjali.

Ninfurmawkom li fil-knisja ta’ San Pawl tat-Targa mit-Tnejn sal-Gimgha qed ikun hemm quddiesa fil-5.30 p.m, u s-Sibt fis-6.00pm.


Nitolbu ghar-ruh: Cikku Dimech, u Joseph Cordina; Aghtihom o Mulej .....