AVVIZI - IT- 2 HADD TAL-GHID - 12 ta' APRIL 2015
IL-HADD
Qeghdin niccelebraw il-Festa tal-Hniena Divina;
Fil-5.00 p.m. illejla fis-Santwarju taghha jkun hemm
Adorazzjoni u Quddiesa.
L-ERBGHA
Il-kunsill lokali ser jorganizza laqgha ghall-persuni b’dizabilita dwar
is-servizzi offruti mill ETC.
Il-laqgha se ssir fis-sala tal-kunsill u tibda
fis-6.00 p.m.
IL-HAMIS
Fis-6.00 p.m. jkun
hawn hin ta’ Adorazzjoni mmexxija mill-Kummissjoni Djakonija u
fis-6.30 p.m.
il-quddiesa.
IL-GIMGHA
Fl-oratorju fis-7.30 p.m. se jkun hemm laqgha ta’ thejjija ghall-gharajjes li
se jizzewgu fi zmien sitt xhur. Din hija parti mit-thejjija ghal min se
jiccelebra zwieg nisrani.
IS-SIBT
Fl-annexxe fis-7.15 p.m. se jkun hemm laqgha ta’ formazzjoni ghall-koppji
mizzewga bit-tema:
L-Impatt tas-Socjeta fuq il-Familja.
IL-HADD
Il-knisja f’Malta ticcelebra Jum il-Karita; fil-quddies kollu ssir
gabra specjali b’risq il-hidmiet u d-djar ta’ karita li l-knisja ghandha f’Malta.
Mal-bibien tal-knisja se jkun hemm ukoll kaxxi apposta biex fihom npoggu
oggetti tal-ikel.
Nixtieq nghid grazzi lil dawk kollha li taw is-sehem taghhom fl-organizzazzjoni u
fit-twettiq tal-festi li ghadna kemm iccelebrajna kemm fil-knisja kif ukoll
barra. Ir-rizultati jitkelmu wahedhom.