Friday, April 24, 2015

AVVIZI - IR- 4 HADD TAL-GHID - 26 ta' APRIL 2015

IL-HAMIS
Fil-media room tal-annexxe fis-7.00 p.m. issir il-laqgha tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali.

IL-GIMGHA – 1 ta’ MEJJU
Tifkira liturgika ta’ San Guzepp Haddiem
Fis-6.00 p.m. jkun hawn hin ta’ Adorazzjoni u
Fis-6.30 p.m. Quddiesa li matulha isir it-tberik tal-ghodod.

IS-SIBT
Fl-okkazzjoni tal-Jum Dinji tal-Familja fil-Kon Katidral ta’ San Gwann fis-6.00 p.m. l-Arcisqof Emeritu Mons Pawlu Cremona se jmexxi quddiesa ghal-koppji mizzewga.

Jiftah il-bazaar fl-annexxe tal-knisja; napprezzaw jekk f’dawn il-granet iggibulna fajjenza, hwejjeg godda, preserves, kotba biex jinbieghu fil-bazaar li jibqa miftuh sat-3 ta’ Mejju mit-8.00 sa 12.00 p.m u mill- 5.00 p.m. sas 7.00 p.m.

IL–HADD
Niccelebraw il-festa ta’ San Guzepp.
Fil-5.00 p.m. jkollna quddiesa bil-kant u bl-omelija u wara tohrog il-purcissjoni bl-istatwa ta’ San Guzepp; imheggin niehdu sehem specjalment il-fratelli.
Il-quddiesa tas-6.30 p.m. issir fil-knisja tal-Familja Mqaddsa fis-Sghajtar.

Infakkru fil-bazaar li hemm bhalissa fl-annexxe tal-knisja; bis-sehem u x-xiri taghkom tkunu qed tghinu lill-parrocca taghna.

Fl-okkazzjoni ta’ Jum l-Omm nhar il-Hamis 7 ta mejju fl-Oratorju filghodu se jkun hemm hin ghal kafe u tombola kif ukoll ikla. Nibdew bil-quddiesa tad-8.45 a.m. biljetti jinkisbu l-quddiem.

Ghal beneficcju ta dawk l-ommijiet li jkunu bi trabi jibku infakkrukom li s-sagrestija l-qadima qed tintuza bhala crying room.


Nitolbu ghar-ruh: Carmen Camilleri, Carmel Pace; Aghtihom o Mulej .....