AVVENT 2014




AVVENT 2014

Din is-sena l-Avvent bi tħejjijja għall-miġja tal-Mulej Ġesu’ se jibda l-Ħadd 30 ta’ Novembru u jispiċċa l-Erbgħa 24 ta’ Dicembru qabel il-quddiesa tal-Vġili.  F’dan iż-żmien il-parroċċa tagħna qed toffrilek dawn l-opportunitajiet:

 - Fil-Ħdud tal-Avvent: 29 ta’ Novembru; 7, 14, 21 ta’ Diċembru, jitkanta t-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum (il-Lawdi) mas-saċerdoti tal-parroċċa fil-knisja parrokkjali fit-8.00am.  Ikun hemm folji apposta biex kulħadd jipparteċipa.

 - Se jibdew jitqassmu l-folji b’talb u salmi meħudin mill-Uffiċċju Divin sabiex il-familja tqaddes il-Jum tal-Ħadd.  Barra l-quddiesa, il-familji huma mħeġġa jinġabru f’diversi ħinijiet tal-ġurnata tal-Ħadd biex jitolbu flimkien f’darhom.  Din hi inizjattiva li l-parroċċa qed tieħu fl-okkażjoni tas-Sinodu tal-Familja.

 - Fil-knisja parrokkjali hemm l-envelopes għar-rigal li se nagħtu lid-Dar tal-Anzjani Familja Mqaddsa fi żmien il-Milied.  Tistgħu tieħdu envelope u tirritoranawh bl-offerta tagħkom fis-sagristija.



KUNCERT TAL-MILIED

Il-kunċert annwali tal-Milied mill-kor Iubilate Deo fil-knisja 
Arċipretali din is-sena se jsir 
it-Tnejn 15 ta’ Diċembru fit-8.00pm.

Programm:
·         Adeste Fideles JF Wade
·         A solis ortu cardine Josef Bugeja
·         Joy to the World Karl Jenkin (solista: Adriana Zammit)

Jieħdu sehem:
il-Kor Iubilate Deo;
il-kor Pueri Cantores (Direttriċi: Daniela Callus);
l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta (leader: Marcelline Agius)

Direttur: Christopher Muscat.
           
(Biljetti jkunu jistgħu jinkisbu - b’xejn matul il-ġimgħa ta’ qabel mill-Annexe)

Comments

L-AĦĦAR POSTS