GENESIS2 - MARRIAGE ENRICHMENT COURSE
![Genesis2 ENG logo-01 2 Genesis2 ENG logo-01 2](http://img-ak.verticalresponse.com/media/e/9/8/e984497480/f994b5b582/1515a67ff1/library/Genesis2%20ENG%20logo-01%202.jpg)
STEDINA
Genesis2, Istitut għaż-Żwieġ u Familja, qed jistieden lill-koppji
miżżewġin għall-Marriage Enrichment Course li ser jibda fit-2 ta’ Mejju. Dan il-kors jikkonsisti
f’ sitt laqgħat darba kull ħmistax. L-għan tal-kors huwa li l-koppja miżżewġa
ttejjeb iż-żwieġ tagħha. Il-kors joffri l-opportunita’ lill-koppji biex jieqfu
mir-rutina ta’ kuljum u jinvestu fiż-żwieġ tagħhom.
Il-laqgħat isiru f’ambjent kalm fejn il-koppja jkollha opportunita’ tqatta ftit ħin flimkien. Il-koppji jkollhom ukoll xi xogħol x’jagħmlu bejniethom għad-dar. Għalhekk qabel kull laqgħa jkun hemm ikla ħafifa u wara talks, testimonjanzi w’ eżercizzi bejn il-koppja. Is-suġġetti tal-laqgħat huma varji u l-għan tagħhom huwa li jsaħħu r-relazzjoni matrimonjali u fejn hemm bżonn jixħtu ftit dawl fuq id-dgħjufijiet li wieħed għandu jaħdem fuqhom biex din ir-relazzjoni tissaħħaħ.
Dan il-kors huwa t’għajnuna biex il-koppji jibqgħu maqgħudin, jissudaw fir-relazzjoni tagħhom u jgħożżu r-rigal li Alla tagħhom f’xulxin.

Is-suġġetti jkopru:
Il-pjan ta’ Alla għaż-żwieġ; kif nibnu pedamenti sodi għal
żwieġ b’saħħtu; kif nistgħu nikkomunikaw aħjar; kif nistgħu nsolvu l-konflitti;
kif naħfru lil xulxin u nfejqu l-weġgħat tal-passat; kif nistgħu ngħinu lil
xulxin biex inħossuna maħbuba; is-sesswalità fiż-żwieġ u kif nistgħu ngawdu
l-ħajja flimkien.
L-aħħar
sessjoni tkun ċelebrazzjoni tal-quddiesa fejn inġeddu l-wegħdiet taż-żwieġ
tagħna. Wara ikun hemm party tal-għeluq.
Għal min hu indirizzat dan il-kors?
Għal min hu indirizzat dan il-kors?
- Għal dawk li jixtiequ jsaħħu ż-żwieġ tagħhom
- Għal dawk li jridu jkunu ppreparati jegħlbu
d-diffikultajiet li jinqalgħu fiż-żwieġ minn żmien għal żmien.
X’qalu dwar dan il-kors
“Qarrabni aktar lejn marti u għinni nifhem aktar kif għandi naġixxi f’mumenti diffiċli fir-relazzjoni ta’ bejnietna.”
“Ħassejtu għinni nara l-iżbalji banali li kont nagħmel ma’ żewġi; xtaqt li l-kors ħadtu qabel.”
“Kors fejn sibna aktar lil xulxin u ndunajna kemm għandna nħobbu lil xulxin.”
Jekk tixtiequ aktar informazzjoni, tistgħu ċċemplu
fuq 99429907 jew ibagħtulna email fuq info@genesis2.org.mt jew
żuru l-website tagħna http://www.genesis2.org.mt
Indirizz: 1, Oratory Street, Naxxar, Malta; Email: info@genesis2.org.mt; Tel. 7920 2477 / 9942 9907.
![Marriage Enrichment Course - Article Flimkien_opt_001 Marriage Enrichment Course - Article Flimkien_opt_001](http://img-ak.verticalresponse.com/media/e/9/8/e984497480/f994b5b582/1515a67ff1/library/Marriage%20Enrichment%20Course%20-%20Article%20Flimkien_opt_001.jpg)
Genesis2
1, Oratory Street, Naxxar, NXR2505 Malta |
![](http://cts.vresp.com/o.gif?f994b5b582/bebf7ba612/mlpftw)