Thursday, April 10, 2014

ATTIVITAJIET TAL-GIMGHA MQADDSA

PROGRAMM TAL-ĠIMGĦA MQADDSA
2014


Ħadd 13:   Ħadd il-Palm.  Fit-8.10am kant tal-Lawdi mas-saċerdoti tal-parroċċa.  Fl-10.15am toħroġ il-purċissjoni mill-Knisja parrokkjali għal quddiem il-kappella ta’ Sta. Luċija fejn isir it-tberik tal-palm u ż-żebbuġ (kulħadd jinġabar ħdejn il-kappella).


Wara, l-purcissjoni tkompli minn Triq Santa Luċija għall-knisja parrokkjali fejn fil-11.00am issir Konċelebrazzjoni bir-rakkont tal-Passjoni skond San Mattew.  Il-ġabra tallum tmur għall-ispejjeż tal-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira u l-Irxoxt.

Tnejn 14:  Fis-7.30pm Programm għall-Ġimgħa Mqaddsa b’riflessjonijiet u kant gregorjan u polifoniku mill-Kor Iubilate Deo fil-knisja parrokkjali.

Tlieta 15:  Fis-7.00pm fil-knisja parrokkjali, Konferenza ghal kulħadd mill-Kan. Carmelo Attard, Biblista, dwar “Il-Kantiċi tal-Qaddej ta’ Yahweh ta’ Iżaija li jintużaw matul il-Ġimgħa Mqaddsa”.

Erbgha 16:         Fit-8.00pm ssir Via Sagra Nazzjonali organizzata mill-Arċidjoċesi. 


Ħamis 17: Ħamis ix-Xirka
Fid-9.30am Konċelebrazzjoni f’San Ġwann, il-Belt immexxija mill-Arċisqof li fiha jitbierku ż-żjut imqaddsa.  Fis-6.30pm Konċelebrazzjoni solenni li fiha nfakkru l-Aħħar Ikla tal-Mulej u t-twaqqif tas-Saċerdozju, B204.  

Fiha jsir ħasil riġlejn l-Appostli.  

Wara Translazzjoni tas-Sagrament sal-Altar tar-Repożizzjoni. Il-Fratelli mħeġġa jieħdu sehem. Il-Viżti jsiru fit-8.30pm u d-9.30pm.  Mill-10.30pm sal-11.15pm Adorazzjoni komunitarja li tispiċċa bil-Kompieta (it-Talba ta’ Għeluq il-Jum).  Il-membri tal-għaqdiet imħeġġin jattendu għaliha.  (L-adorazzjoni fis-Santwarju Ġesu’ Ħniena Divina tibda fit-8.00pm u tibqa’ sejra l-lejl kollu.

Ġimgħa 18 :  Il-Ġimgħa l-Kbira, B211  Jum ta’ Sawm u Astinenza.
Il-Viżti jsiru fis-6.30am u s-7.30am.  Bejn it-8.30am u 12.00pm konfessuri għall-qrar. Fit-8.30am kant tal-Uffiċċju tal-Qari (Matutin) u t-Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum (Lawdi) flimkien mas-saċerdoti tal-parroċċa.  Dan l-Uffiċċju jista’ jsir minflok il-Viżti. Ikun hemm folji apposta biex insegwu.  Fl-9.45am Siegħa Mqaddsa u fil-10.45am isiru l-aħħar Viżti. 
Fis-2.00pm ċelebrazzjoni għall-persunaġġi u reffiegħa fl-Oratorju. Fis-2.30pm tingħad il-Via Sagra fil-Knisja u fit-3.00pm Tifkira Solenni tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej bil-qari tal-passjoni skond San Ġwann, Adorazzjoni tas-Salib u Tqarbin. 
Fil-5.30pm tibda ħierġa l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira bis-sehem tal-baned Peace Vittorja.


Sibt 19:     Sibt il-Għid, B232
Fit-8.00pm tibda ċ-ċelebrazzjoni tal-Vġili tal-Għid.  Isir it-tberik tan-Nar ġdid u l-mixgħela tal-Blandun, kant tat-Tħabbira tal-Għid (Exultet), qari mill-Antik u l-Ġdid Testment, ċelebrazzjoni tal-Magħmudija u tal-Ewkaristija. 

Ħadd 20:   Ħadd il-Għid, B271
Fit-8.30am Konċelebrazzjoni Solenni tal-Għid il-Kbir.  Fid-9.30am tibda ħierġa l-purċissjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt.

Fl-10.00am u fil-11.00am quddies ieħor.  Għall-ħabta ta’ 12.00pm fuq iz-zuntier, qabel id-dħul tal-purċissjoni fil-knisja, tberik tal-Ħrief tal-Għid tat-tfal.  Il-ġbir tallum imur għall-ispejjeż ta’ dawn il-festi.

RESURREXIT SICUT DIXIT, ALLELUIA