PROGRAMM TAL-FESTA TA' MARIJA BAMBINA - 2013
PROGRAMM TA' CELEBRAZZJONIJIET
F’GIEH IT-TWELID TAL-VERGNI MARIJA
F’GIEH IT-TWELID TAL-VERGNI MARIJA
FIL-KNISJA ARCIMATRICI U
ARCIPRETALI TAN-NAXXAR
SENA TAL-FIDI - 2013
Il-Hamis 22 ta’ Awwissu:
Fis-7.00pm Mument
Flimkien ma’ Gesu’ fil-Knisja parrokkjali għall-Għaqdiet,
Lajċi impenja
u kull min hu nteressat fejn isir talb, kant u adorazzjoni biex il-Festa li ġejja tħalli l-frott
mixtieq f’kull min jieħu sehem fiha organizzata mill-Grupp Kariżmatiku.
u kull min hu nteressat fejn isir talb, kant u adorazzjoni biex il-Festa li ġejja tħalli l-frott
mixtieq f’kull min jieħu sehem fiha organizzata mill-Grupp Kariżmatiku.
ĦRUĠ TAL-ISTATWA MIN-NIĊĊA
L-Erbgha 28 ta’ Awwissu:
Fis-6.30pm quddiesa kantata fil-knisja Arċipretali. Wara, kant tas-Salve u l-Antifona bis-sehem
tal-Kor Iubilate Deo. Fit-7.45pm ħruġ tal-istatwa ta’ Marija
Bambina fil-bieb prinċipali tal-Knisja. Jingħad tifħir lil
Marija u kant ta’ innijiet Marjani akkompanjati mill-Banda Peace
tan-Naxxar.
NOVENA BI TĦEJJIJA GĦALL-FESTA
Mill-Hamis 29 ta’ Awwissu sal-Gimgha 6 ta’
Settembru:
Fis-6.00pm rużarju u kurunella. Fis-6.30pm
quddiesa kantata. Wara Salve, Antifona u Barka Sagramentali. Il-predikatur
tan-Novena se jkun ir-Rev. Dun Nikol Cachia, S.T.D.
Il-Hamis 29 ta Awwissu: F’12.00pm tindaqq Mota
Solenni biex thabbar il-bidu tan-Novena tal-Bambina. Fis-6.30pm quddiesa tan-Novena bis-sehem tal-Abbatini
u l-Genituri taghhom u u dawk li jippartecipaw fl-Adorazzjoni fil-kappella
ta’ Sta Marija tax-Xag]ra. Issir ukoll il-Vestizzjoni
tal-Abbatini. Jiehu sehem il-Kor Gaudete
in Domino.
Il-Gimgha 30 ta’ Awwissu:
Fis-6.30pm quddiesa tan-Novena għar-residenti taż-żoni tas-Sgħajtar, San Pawl tat-Tarġa, Birguma, Maghtab u l-Iklin, organizzata mill-Animaturi taż-Żoni. Jieħu sehem
il-Kor Gaudete in Domino.
Jikkoncelebraw ir-Rev. Kan Michael Agius, Rettur taz-Zona ta’ San
Pawl tat-Targa u r-Rev. Dun Raymond Zammit, Rettur taz-Zona
tas-Sghajtar.
Is-Sibt 31 ta’ Awwissu:
Fis-6.30pm quddiesa tan-Novena ghall-Familji. Mistiedna b’mod specjali dawk li zzew[u
mill-ahhar festa ’l hawn u dawk li qed jiccelebraw l-10, 25 u 50 sena ta’ zwieg nisrani kif ukoll dawk li gew joqghodu n-Naxxar ghall-ewwel darba. Janimaw il-Kummissjoni Familja. Dawk li jinsabu f’dawn il-kategoriji huma
mitluba jibghatu sms fuq 79053779 jew e-mail: familja.naxxar@gmail.com
halli jkollhom post rizervat ghalihom u jippartezipaw
fic-Celebrazzjoni. Ikanta l-Kor Gaudete
in Domino.
Il-Hadd 1 ta’ Settembru:
Fil-quddiesa tat-8.30am jippartecipaw iz-zghazagh taz-zewg kazini tal-baned Peace u Vittorja.
Il-quddiesa tal-11.00am tkun animata miz-zghazagh u
l-pre-adolexxenti tal-parrocca.
Jiehu sehem il-Grupp Voca.
Fil-5.00pm quddiesa ghall-genituri li kellhom tarbija
mill-ahhar festa ’l hawn. Wara ssir
il-prezentazzjoni tat-trabi lil Marija Bambina u jinghataw tifkira. Ikanta l-Grupp Muzikali Sghajtar.
Fis-7.00pm Koncelebrazzjoni mmexxija mill-E.T. Mons Silverstru Magro OFM, Isqof u Vigarju Appostoliku f'Benghazi. Ghaliha huma mistiedna s-sacerdoti u r-religjuzi li jahdmu jew li huma mill-parrocca tan-Naxxar. Mistiedna wkoll il-familjari
tal-korijiet parrokkjali Iubilate Deo, Gaudete in Domino u Pueri
Cantores u l-Emigranti li hawn fostna. Jiehu sehem il-Kor Iubilate Deo.
It-Tnejn 2 ta’ Settembru:
Fl-10.00am quddiesa ghall-Morda u dawk li jghixu
fid-Djar tal-Anzjani fejn jigi amministrat is-Sagrament tal-Grizma
ta-Morda, organizzata mil-Legion of Mary.
Fil-5.15pm quddiesa tal-Festa ghat-Tfal tal-parrocca
organizzata mill-Kummissjoni Kateketika.
Wara t-tfal jinghataw tifkira.
Fis-6.30pm quddiesa tan-Novena bis-sehem tal-Anzjani
u ta’ dawk li tilfu ‘l xi hadd ghaziz ghalihom mill-ahhar
festa ‘l hawn kif ukoll ir-Romol, organizzata mill-Kummissjoni Djakonia. Jiehu sehem il-Kor Gaudete in Domino.
It-Tlieta 3 ta’ Settembru:
Fis-6.30pm Koncelebrazzjoni mmexxija mill-E.T. Mons.
Jose’ Bonello, OFM, Isqof Koadjutur ta’ Juticalpa fil-Honduras. Huma mistiedna l-lajci impenjati kollha,
il-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Kummissjonijiet, il-Kunsill
Lokali, kazini u l-assoccjazzjonijiet kollha tan-Naxxar organizzata mill-Kummissjoni
Liturgija. Qabel il-quddiesa, fuq iz-zuntier se ssir celebrazzjoni marbuta mas-Sena tal-Fidi kif ukoll il-Mitt Sena mill-Bieb Maggur tal-Knisja, ta' PPio Cellini. Jiehu sehem il-Kor Iubilate
Deo.
L-Erbgha 4 ta’ Settembru: L-Ewwel jum tat-Tridu
Fis-6.30pm quddiesa kantata bil-priedka tat-Tridu. Wara
Salve, Litanija, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika bil-mużika. Imexxi il-Wisq Rev.du Dun Richard Borg, Arcipriet tal-Furjana.
Il-Hamis 5 ta’ Settembru: It-Tieni jum tat-Tridu
Fis-6.30pm quddiesa kantata bil-priedka tat-Tridu. Wara
kollox bħall-jum ta’ qabel.
Imexxi ir-Rev.du Dun Raymond Toledo, Delegat tal-Arcisqof ghall-Parrocci.
Imexxi ir-Rev.du Dun Raymond Toledo, Delegat tal-Arcisqof ghall-Parrocci.
Il-Gimg]a 6 ta’ Settembru: It-Tielet jum tat-Tridu
Fis-6.30pm quddiesa kantata bil-priedka tat-Tridu. Wara
kollox bħall-jum ta’ qabel.
Imexxi r-Rev.du Dun Stefan Galea, Vici Parroku
Imexxi r-Rev.du Dun Stefan Galea, Vici Parroku
Is-Sibt 7 ta’ Settembru: Lejlet il-Festa
Fid-8.45am quddiesa bil-kant tat-Te Deum. Fl-aħħar titkanta l-Antifona.
Fil-5.30pm quddiesa u fis-6.30pm Tranżlazzjoni
Solenni tar-Relikwija tal-Madonna mill-kappella tal-Vitorja sal-Knisja
Arcipretali mmexxija mir-Rev.mu Mons. Vincenz Defuara. Wara Għasar Solenni, Salve,
Litanija u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
Fit-8.00pm quddiesa mill-Wisq Rev.du Dun Denis Schembri,
Kappillan tal-Imtarfa.
Il-Hadd 8 ta’ Settembru: Jum il-Festa ta’ Marija
Bambina
Il-quddies ikun fis-6.00, fis-7.00am u fit-8.00am.
Fid-9.30am Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija
mill-W. Rev Arcipriet, il-Kan Evan Caruana bil-paneġierku mir-Rev. P.
Philip Cutajar, OFM. Cap. Wara l-quddiesa jitkanta t-Te Deum
b’ringrazzjament ‘l Alla għar-rebħa fiż-żewġ Assedji, l-Antifona u
jsir il-Bews tar-Relikwija.
F’11.45am quddiesa oħra.
Fis-5.45pm Għasar Solenni u fis-7.00pm
purċissjoni bl-istatwa u r-Relikwija ta’ Marija Bambina mmexxija mill-W.
Rev. Kan. Timon Mercieca tal-Kolleggjata tar-Rabat. Fid-dħul tal-istatwa titkanta
l-Antifona Gloriosae Virginis Mariae u Celebrazzjoni Ewkaristika.
N.B. Il-mu\ika
fil-granet tal-festa tkun diretta minn Mro. Christopher Muscat B.A. (Hons). M. Mus. bis-sehem tal-Kor Iubilate Deo
tan-Naxxar. Tindaqq il-muzika ta’
Fenech, Camilleri, Nani, Vassallo u Ciappara.
Il-Ħadd 15 ta’ Settembru: Dħul tal-istatwa fin-Niċċa.
Wara
l-quddiesa tas-6.30pm kant tas-Salve, l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali.
Wara ssir purċissjoni mal-Knisja bl-istatwa ta’ Marija Bambina san-Nicca tagħha biex
b’hekk nagħlqu l-festi għal din is-sena.