OMELIJA MILL-ARCIPRIET FIL-FUNERAL TA' DUN GUZEPP SAMMUT
Gheziez,
Dil-gimgha
hsibt li nwasslilkom l-omelija li ghamilt dalghodu fil-quddiesa tal-funeral ta’
Dun Guzepp Sammut, sacerdot mill-parrocca taghna li miet lejliet Santa Marija
fl-eta’ ta’ 90 sena. Ibbazajt l-omelija tieghi
fuq is-silta mill-vangelu ta’ San Gwann (6, 51-58) li fiha Gesu jitkellem
mill-bzonn li ahna nieklu gismu u nixorbu demmu biex fina jkun hemm il-hajja
ta’ dejjem. Tajjeb li qabel ma naqraw
din l-omelija naqraw ukoll is-silta mill-Vangelu.
Dun Evan -
Arcipriet
OMELIJA
FIL-FUNERAL TA’ DUN GUZEPP SAMMUT
17 TA’ AWWISSU
2013
Jekk hemm silta mill-vangeli li
kull sacerdot hu familjari maghha, din zgur li hi din li ghadna kemm smajna.
Id-diskors ta’ Gesu’ lid-dixxipli dwar il-bzonn li jieklu l-gisem u jixorbu
d-demm tieghu, kull sacerdot mhux biss jafu, izda fil-fond ta’ qalbu jaf ukoll
li hu permezz tieghu li dan id-diskors jista’ jsir realta’.
Minn hawn gej li kull sacerdot
hu marbut intrinsikament mal-ewkaristija.
Jekk sacerdot ma jibqax jiccelebra l-ewkaristija ma jkun sacerdot
xejn u jekk ma hemmx sacerdot, ma hemmx
ewkaristija.
F’din is-silta minn San Gwann,
Gesu’ qed jinsisti li “jekk ma tiklux il-gisem ta’ Bin il-bniedem u ma tixorbux
demmu ma jkollkomx il-hajja fikom”.
Fl-istess nifs, Gesu’ jerga’ jghidilna “Min jiekol gismi u jixrob
demmi ghandu l-hajja ta’ dejjem” u jzid,
“u jiena nqajmu mill-imwiet fl-ahhar jum”.
Gesu’ qed jghidilna li permezz
tal-ewkaristija ahna jkollna fina “l-hajja ta’ dejjem” mhux biss wara li mmutu,
imma minn issa stess. Kultant noqghodu nixxenqu ghall-hajja ta’ dejjem ghal
meta naghlqu ghajnejna ghal din il-hajja u ftit nirrealizzaw li Gesu’ jridna
nghixuha minn issa stess. Il-hajja ta’
dejjem tfisser li ahna, minn issa stess, ikollna jghammru fina t-tliet persuni
tat-Trinita’ qaddisa. U min ikollu din
il-hajja fih fuq din l-art, kif jista’ ma jkollux l-istess hajja meta mbaghad
imut, anzi b’mod aktar shih!
L-Ewkaristija
kontinwazzjoni tal-Inkarnazzjoni
Ir-rejalizmu krud tal-evangelista
Gwanni fl-espressjonijiet tieghu - li nieklu l-gisem u nixorbu d-demm ta’
bniedem - kellu zewg ghanijiet. Wahda li
jehodha kontra wahda mill-ewwel ereziji tal-Knisja fejn uhud ma kienux jemmnu
fl-umanita’ vera ta’ Gesu’- li Gesu’ kien meqjus bhala bniedem izda li ma kienx
bniedem ghal kollox bhalna, u t-tieni, biex juri li l-ewkaristija hija
l-kontinwazzjoni tal-Inkarnazzjoni matul
iz-zmien. L-evangelista Gwanni, fil-Prologu
jghid li “L-Iben t’Alla sar bniedem” jew “sar gisem” jew b’mod aktar krud “sar
laham”. Ir-Raba’ Vangelu jirrizerva l-kelma “gisem” kemm biex jiddeskrivi
l-inkarnazzjoni kif ukoll ghall-ewkaristija.
Bl-insistenza tieghu dwar il-bzonn
li nieklu gismu u nixorbu demmu, Gesu’ ma kienx qed ifisser li l-ewkaristija
ghandha xi effett magiku fuq min jirceviha.
Fid-diskors ta’ qabel dan, meta Gesu’ tkellem fuq il-hobz tal-hajja, hu insista
fuq il-bzonn tal-fidi fih. L-ewkaristija
ghalhekk mhi xejn minghajr il-fidi.
Gesu’ qed jurina llum li biex
ikollna l-hajja jehtieg li nkunu maghqudin mieghu. U din l-ghaqda ma’Gesu’ tfisser
il-partecipazzjoni taghna f’dik il-hajja jew komunjoni li tezisti bejn
il-Missier u l-Iben. Din tfisser il-fidi
taghna.
Illum ingbarna hawn biex naghtu
l-ahhar tislima lil Dun Guzepp Sammut - ragel
ta’ disghin sena li sitta u sittin sena minnhom ghaddihom bhala sacerdot. Dun Guzepp, bhal kull sacerdot iehor, kull
darba li kien jaqra din is-silta ried bilfors jirrifletti fuqha. Kull sacerdot, irid bhal kull dixxiplu iehor jemmen
li l-ewkaristija hija l-istess gisem u demm tal-Mulej; li permezz taghha
tghaddi fina l-hajja ta’ dejjem jigifieri l-istess hajja tal-Iben u tal-Missier;
li permezz taghha ahna naslu sal-qawmien mill-imwiet.
Izda barra dan kollu, kull
sacerdot jemmen ukoll li hu permezz tieghu li dan kollu qed isehh. F’kull quddiesa li jiccelebra, barra li jwassal
il-Kelma t’Alla lil dawk migbura, ikun qed iwassal ukoll l-istess gisem u demm
tal-Mulej. Dan hu privilegg ta’ kull
sacerdot. U ghalhekk li kull sacerdot
ihossu jitlef l-identita’ tieghu jekk ma jiccelebrax l-ewkaristija. Ghax is-sacerdot
u l-ewkaristija huma inseparabbli.
Kif qalilna llum San Pawl
fl-ewwel ittra tieghu lill-Korintin, permezz tal-ewkaristija is-sacerdot ikun
qed ifakkar anzi, jerga’ jaghmel prezenti dak li Gesu’ ghamel fic-cenaklu. U
meta l-fidili jieklu l-gisem u jixorbu d-demm tal-Mulej huma jkunu qed ixandru
l-mewt u l-qawmien tieghu ghal darb’ohra.
B’dan f’mohhu, Dun Guzepp baqa’
jiccelebra l-ewkaristija sal-ahhar gimghat ta’ hajtu. Hafna minna jiftakruh jigi ghall-quddiesa ta’
kull nhar ta’ Sibt filghodu, anke jekk dan l-ahhar kien qed jaghmel sforz biex
jitla’ hawn mid-Dar tal-Kleru. Kien meta
tassew qed ihossu ghajjien li madwar 3 xhur ilu, kontra qalbu, talabni biex ma
jigix aktar.
Rabta
tas-sacerdot mal-Ewkaristija
Ghaliex is-sacerdot jibqa’
daqshekk attakkat mal-quddiesa? Ghax
mix-xoghol kollu li huwa jwettaq, hija l-ewkaristija li l-aktar taghtih
identita’. Ghax l-ewkaristija twahhdu
mal-Imghallem Gesu’ li sejjhalu. Biex Gesu’
hallielna l-ewkaristija u permezz taghha baqa’ maghna sallum stess, kellu
jghaddi mill-passagg tal-mewt. Id-diskors
li Gesu’ qal awl il-lejla qabel ma miet “Hudu dan hu Gismi... Hudu dan hu demmi
li jinghata ghalikom”, wettqu b’mod rejali l-ghada fuq is-salib meta ta hajtu ghalina
billi xerred demmu kollu.
Biex is-sacerdot jiccelebra
l-ewakristija kif suppost, irid hu wkoll bhal Kristu, jinghata
ghall-ohrajn. Il-hidma tieghu pastorali
trid tkun ghotja kontinwa ghall-poplu afdat f’idejh. Meta s-sacerdot jibda jzomm ghalih, il-hin,
it-talenti, l-ideat, il-pjanijiet aktar
jitbieghed mill-Imghallem tieghu u mit-tifsir veru tal-ewkaristija.
Nistghu nghidu li Dun Guzepp
dejjem ipprova jghix din l-ghotja shiha.
Huwa wettaq diversi xoghlijiet kemm fid-Djocesi kif ukoll fil-parrocca
taghna li tant habb. Fil-bidu tal-ministeru
tieghu hu kien assenjat fis-Seminarju, wara wettaq hidma mal-Bank
tal-Appostolat u filghaxijiet kien inkarigat mid-diversi frieghi tal-Azzjoni Kattolika
fil-parrocca taghna. Kien Sagristan
Maggur u anke Cerimonjier kif ukoll Direttur
tal-Abbatini. Huwa kien ukoll il-Prokuratur
tal-festa ta’ Corpus u ghamel diversi opri artistici li ghadna ngawduhom
sallum.
Jien naf lil Dun Guzepp f’dawn
l-ahhar ghaxar snin bhala bniedem kwiet, umli u cajtier. Supporter akkanit tat-tim Taljan, Juventus
li kien ikun jaf mill-ewwel bic-caqlieq li jkun qed isir f’dan it-tim u li kien
jiehu gost jiddiskutihom ma’ supporters ohra bhalu li jiltaqa’ maghhom.
Kelmtejn li
jfissru hafna
L-ahhar dehra tieghu fostna kienet
fis-6 ta’ Lulju li ghadda, propju fl-ewwel Sibt ta’ Marija Bambina li lejha
kellu mhabba specjali. Meta qalli li
jixtieq ihalli l-kalci tieghu lill-Knisja Arcipretali, jien issuggerjtlu din
id-data u hu accetta bil-qalb kollha.
Tlabtu jaghmel kelmtejn. U dawn
kitibhom, ghalkemm meta beda jaqrahom deher li kien qed ibati.
Il-kelmtejn bdihom hekk, u hawn
qed nikkwota testwalment “ Illejla, qabel xejn, nirringrazzja lil Alla li tani
llum, li nqaddes forsi ghall-ahhar darba fil-parrocca ta’ Marija Bambina fejn
twelidt”. Dun Guzepp, li kien qed ihoss
it-tmiem riesaq, dak in-nhar ma rringrazzjax
lil Alla ghax kien qed jara ghal darb’ohra lill-membri ta’ din il-komunita wara
xhur nieqes minnha, jew ghas-sbuhija ta’ dan it-Tempju li kien tant ghal qalbu,
izda “li nqaddes forsi ghall-ahhar darba hawn”.
B’dan il-kliem, Dun Guzepp wera kemm kien marbut mal-quddiesa li ccelebra
ghal sitta u sittin shah.
Nistghu nghidu li Dun Guzepp
mhux biss iccelebra l-ewakristija izda habrek biex ifassal hajtu fuq dak li
kien jiccelebra ta’ kuljum jigifieri, li jkun ghotja kontinwa ghal Alla u
ghall-poplu tieghu. Niftakru wara kull
quddiesa, hekk kif jinza’ l-abiti sagri, kien ipoggi bilqeghda fis-sagristija,
johrog folju u minnu kien jghid ir-ringrazzjament ‘l Alla ghal dak li jkun
iccelebra. U jekk f’dak il-hin kienu
jigu xi nies biex ikellmuh jew iqerru, wara li jitilqu, kien jaghmel
ir-ringrazzjament xorta wahda. Veru ezempju
ghalina s-sacerdoti.
Dan kollu ghamel minn Dun Guzepp
“ragel ta’ ghaqal u “ragel qaddis”.
Ghalih toqghod hafna s-sentenza li ghadna kif qrajna minn Ktieb il-Gherf: “Fil-bniedem hu l-ghaqal li jaghmel il-vera
xjuhija, u hi l-hajja qaddisa li ragel taghmlu misjur biz-zmien”.
Gest
sinifikattiv
U l-ahhar gest tieghu fostna hames
gimghat ilu kien il-prezentazzjoni tal-kalci u l-patena tal-fidda dawk ir-recepjenti
li kull sacerdot jghozz ghax fihom, ghall-kliem tieghu, il-hobz u l-inbid isiru
l-Gisem u d-Demm tal-Mulej. Minn dak
il-kalci, il-poplu t’Alla resaq kemm-il draba biex imantni lilu nnifsu; minnu
rcieva l-hajja ta’ dejjem minn issa stess.
Dan il-kalci, xoghol ta’ disinjatur u argentier, it-tnejn Naxxarin, kull
meta narawh fi zmien il-festa, se nibqghu niftakru f’sacerdot twajjeb li habb
lill-Knisja ta’ Kristu u anke t-tempju tar-rahal li fih twieled.
Grazzi Dun Guzepp tal-ezempju
tajjeb li tajtna matul dawn is-snin kollha u jalla l-Mulej jilqek fi hdanu,
wara li inti tant hdimt biex Hu jkun maghruf u mahbub minn dawk kollha li
ppartecipaw ta’ kuljum fl-ewkaristija li kont ticcelebra.
Jalla Marija Bambina li int tant
habbejt u li ta’ kull sena, anke meta s-snin bdew jaghfsu fuqek, inti dejjem
ittawwalt ghall-festa taghha, thaddnek maghha bhal ma Omm thaddan lil binha li kien docli ghas-sejhat taghha.
Filwaqt li ahna ghad fadlilna 3
gimghat ohra biex niccelebraw il-festa ta’ Ommna Marija, din is-sena Dun Guzepp
beda jiccelebrha qabilna. Jien perswaz
li l-ferh li kien ihoss meta kien hawn fostna issa sab il-milja tieghu!