L-14-IL HADD TA' MATUL IS-SENA - 8 LULJU 2012




Hadd 8:       Fil-Knisja Arcipretali San Gorg Martri, Hal Qormi, fis-6.30pm, is-sacerdot novell Dun George Schembri se jiccelebra l-Ewwel Quddiesa Solenni tieghu ta’ radd il-hajr ‘l Alla ghad-don tas-sacedozju. Hu qed jistieden lin-Naxxarin kollha ghal din l-okkazjoni ta’ ferh.

Tnejn 9:      Fl-10.00am quddiesa fic-cimiterju ta’ l-ewwel Tnejn tax-xahar.

Hamis 12:   Fis-7.00pm fil-knisja issir l-adorazzjoni tal-Hamis.

Sibt 14:       It-Tieni Sibt ta’ Marija Bambina.  Fis-6.00pm ruzarju u kurunella, Salve, Antifona u Barka Sagramentali.  Fis-6.30pm quddiesa bl-omelija.



1.             Id-Direttur tad-Dar tal-Anzjani Familja Mqaddsa javza li s-Sibt 21 ta’ Lulju se ssir l-Ikla annwali fil-gonna tal-istess Dar bhala attivita’ ta’ fund-raising   Dawk li jixtiequ jmorru jistghu jibbukkjaw mill-istess Dar.  Nittamaw li diversi jattendu ghal din l-attivita’.


AVVIZ IMPORTANTI

2.             Infakkru li mill-HADD LI GEJ 15 ta’ Lulju sal-Hadd 26 ta’ Awwissu se jsir dan it-tibdil fil-quddiesa tal-Hadd filghaxija biss.  Il-quddiesa tal-5.00pm tibda ssir fil-5.30pm u dik tas-6.30pm issir fis-7.00pm.  Dan ifisser li z-zewg quddisiet isiru nofs siegha tard milli qed isiru bhalissa.  Dan se jsir b’esperiment ghal dan is-sajf.

3.            Bejn l-Erbgha 11 u t-18 ta’ Lulju se ssir Wirja ta’ mudelli ta’ knejjes fil-kappella ta’ San Gakbu mis-6.00pm ‘il quddiem.

4.               Infakkru li l-Kummissjoni Djakonia se torganizza harga ghar-romol il-Gimgha 20 ta’ Lulju filghaxija. Dettalji aktar tard.

5.                 Nirringrazzjawkom ghall-gabra specjali li saret il-Hadd li ghadda fil-Knisja parrokkjali ghall-“Offerta tal-Papa”.

L-AĦĦAR POSTS