NOTA LILL-ANIMATURI U LETTURI
NOTI
MILL-ARĊIPRIET 25 ta’
Mejju 2012
Għeżież animaturi
u letturi
Parroċċa Naxxar
► Ippruvaw imxu mar-roster ħalli
ma neħdux xogħol għal xejn biex nifformulawha.
► Meta xi ħadd ikun jaf minn
kmieni li ma jkunx jista’ f’xi Ħadd partikulari, għandu javża lil Lawrence
Giordano fil-bidu tax-xahar.
► Min ikun ser jaqra
fil-week-ends għandu jiċċekkja qabel il-quddiesa jekk il- qari jkunx
qiegħed f’postu fuq l-Ambone.
► Min jaqra s-salm responsorjali,
għandu jmexxi ‘l-kongregazzjoni fir-ritornell u mhux jistenna
lill-animatur.
► L-animaturi għandhom jirrispondu
bil-mod lis-saċerdot ħalli jgħinu lin-nies jitolbu. L-animatur irid ikun
moħħu fil-quddiesa għax inkella jispiċċa jgħaġġel aktar minn-nies.
► Nittama li KULĦADD
jattendi għall-laqgħa ta’ formazzjoni li se ssir minn Dun Jesmond
Manicalo, Delegat tal-Arċisqof għall- Liturġija, l- Erbgħa 20 ta’ Ġunju fis
7.00pm fil-knisja parrokkjali. Is-suġġett se jkun: ‘50 sena mir-riforma
fil-Liturġija mill- Konċilju Vatikan II. F’hiex wasalna?’ Din se tkun flok
is-Seminar li soltu jsir f’ Ġunju. Grazzi ħafna tas-servizz tagħkom.
Rev. Fr Evan Caruana
Arċipriet
Fr
Evan Ġunju 2012