Saturday, April 28, 2012

SAN GORG PRECA - 50 SENA mill-mewt tieghu

Ikklikkja fuq l-istampa biex tkabbar >>

Fis-Seminarju ta' Malta, nhar il-Ħamis, 3 ta' Mejju se nfakkru l-50 Sena mill-mewt ta' San Ġorġ Preca, sacerdot li studja fl-istess seminarju. 
Għal din l-okkazzjoni ġew mistiedna xi membri tas-Soċjeta' tal-Mużew li ser janimaw l-adorazzjoni. 
Il-pubbliku huwa mistiden biex jattendi.

Għall-quddiesa ġew mistiedna wkoll is-saċerdoti sabiex flimkien ma' Mons. Lawrence Gatt jiċċelebraw il-quddiesa. Se jagħmel l-omelija Mons. Ġużeppi Mifsud Bonnici, saċerdot li kien qrib ta' Dun Ġorġ fl-aħħar jiem tal-ħajja tiegħu.