GIMGHA MQADDSA - HSIBIJIET TAL-GURNATA
ĦSIBIJIET GHAR-RIFLESSJONI GHALL-ĠIMGHA MQADDSA
Dun George Schembri
IL- ĠIMGHA IL-KBIRA
Dun George Schembri
IL- ĠIMGHA IL-KBIRA
Wara dan, Ġesù, billi issa kien jaf li kollox kien mitmum, biex isseħħ l-Iskrittura qal: "Għandi l-għatx?" [Ġw:19:28] Kien hemm bieqja mimlija bil-ħall; huma xarrbu sponża bil-ħall, waħħluha ma' qasba tal-issopu, u ressquhielu lejn ħalqu. [Ġw:19:29] Kif Ġesù ħa l-ħall, qal: "Kollox hu mitmum?" Mbagħad mejjel rasu u radd ruħu. [Ġw:19:30]
IL-KUNTEST TAS-SILTA
F’din ix-xena l-aktar importanti, l-awtur tar-Raba’ Evanġelju, qiegħed jagħtina l-sensiela wara oħra ta’ azzjonijiet li għalihom Kristu sar bniedem. Għal Ġwanni, il-mument tal-Glorja mhuwiex biss il-mewt, imma azzjoni sħiħa li twassal għall-għotja tal-Ispirtu s-Santu lill- Bniedem.
Ġesù mhux biss kien jaf li “kollox mitmum” imma jistqarr li l-missjoni tiegħu issa waslet fit-tmiem: filwaqt li jaf li wettaq b’mod sħiħ u totali dik il-missjoni tiegħu li l-Missier afdalu f’idejh, issa jistqarr li għandu l-għatx. L-awtur jitkellem hawn minn żewġ livelli ta’ għatx. Naturalment, l-ewwel għatx tal-ġisem fiżiku li jitlef ħafna demm, li b’mod spiritwali u teoloġiku jwassalna għal tip ta’ għatx ieħor li Ġesù sofra: l-għatx għall-bniedem.
F’dan ir-rakkont għandna deskrizzjoni kemm xejn differenti min deskrizzjonijiet li nsibu għal xi ħadd qed immut fil-kitbiet taż-żmien meta nkiteb l-Evanġelju. Ġwanni jirrakkonta li Ġesù “mejjel rasu u radd ruħu.” B’dan il-vers l-awtur irid jgħid xi ħaġa aktar minn hekk; wara li issa ta impressjoni li l-ġrajja waslet fi tmiem tagħha, imma hawn irid juri li għandna ftuħ għall-bidu ieħor. Issa li wasal it-tmiem, Ġesù, is-Sinjur tal-ħajja, radd ruħu lill-Missier filwaqt li sawwab l-Ispirtu tiegħu fuq id-dixxipli kollha. Nistgħu ngħidu li hawn għandna rakkont ieħor tal-ġrajja ta’ Pentekoste, għax skont San Ġwann, Bil-mewt tiegħu Kristu, ta “ruħu”, jiġifieri ta l-Ispirtu tiegħu li dawk li emmnu fih.

RIFLESSJONI GHALL-ĦAJJA TIEGHI
Le, mal-mewt ta’ Ġesù ma waqafx kollox. Mal-mewt tiegħu, jien li qiegħed nfittex li nimxi warajh, tani l-Ispirtu s-Santu. X’Misteru Kbir! Nistaqsi ftit lili nnifsi jekk fil-Kruċifissjoni ta’ Ġesù nilmaħx lili nnifsi. Jien li sallabtu imma kien hu li ħafirli talli sallabtu.
Il-mewt ta’ Ġesù hija għotja totali. Kemm jien konxju li f’din l-għotja nista’ nagħti sens ġdid lil ħajti. Nistaqsi:
- Kif qiegħed inħares lejn il-ħajja: b’mod pessimist jew b’ħeġġa u posittività ?
- Kif qiegħed inħares lejn il-ħajja tal-bnedmin ta’ madwar, bħala oġġett jew bħala rigal minn Alla ?
- Kif qiegħed nħares lejn d-doni li għandi ?
- X’vizzjoni ta’ ħajja għandi ?
Irrid nagħraf li jien bniedem sħiħ – b’kapaċitajiet u b’ħiliet, b’sens u bi ħsieb, b’rieda u b’maturità – msejjaħ biex noħloq ambjent b’saħħtu biex nilqa’ f’ħajti lil Alla u lil ta’ madwari. Il-mewt ta’ Kristu teqred kull nuqqas ta’ ħila tiegħi.

TALBA
O Alla, int tajtna lil Ibnek Ġesù biex imut għalina u b’hekk aħna nkunu nistgħu nsiru bnedmin qaddisa, agħmel li qalbna tfittex dejjem l-ferħ veru u li ħajja tagħna tkun immexxija mill-Ispirtu tiegħek. Ammen