IL-QARI KOLLU TALLUM - IL-5 HADD TA' MATUL IS-SENA

L-Ewwel Qari

Il-Hajja tal-bniedem fuq l-art. - Qari mill-Ktieb ta' Gob 7, 1-4.6-7

Gob tkellem u qal:
Hajjet il-bniedem mhix forsi xoghol bilfors fuq l-art?
U ghomru mhux bhal jiem il-haddiem mikri?
Bhalma lsir jixxennaq ghad-dell,
u bhalma l-mikri jistenna l-hlas,
hekk xhur fiergha kienu sehmi,
u ljieli dwejjaq messew lili.
Jekk nimtedd, nghid: “Meta se nqum?”
u meta nqum, nghid: “Meta se jidlam?”
u hekk nixba’ nhewden sa ma jidlam.
Ehfef minn mekkuk ghaddew jiemi,
u bla tama ntemmu.
Ftakar li hajti buffura rih,
u ghajnejja ma jerghux jaraw ir-rizq.»

Il-Kelma tal-Mulej - Irroddu hajr lil Alla

Salm Responsorjali - Salm 146 (147), 1-2.3-4.5-6

Fahhru l-Mulej, li jfejjaq il-qlub maqsuma !

Fahhru l-Mulej, ghax tajjeb li tghanni lil Alla taghna;
ghax helu u xieraq it-tifhir tieghu.
Jibni ’l Gerusalemm il-Mulej,
jigma’ l-imxerrdin ta’ Izrael. - Rit .

Hu jfejjaq il-qlub maqsuma,
hu jorbot il-griehi taghhom.
Hu jghodd in-numru tal-kwiekeb;
kollha jsejhilhom b’isimhom. - Rit .

Kbir Sidna l-Mulej, u ta’ qawwa kbira;
bla tarf id-dehen tieghu.
Jerfa’ l-imsejknin il-Mulej,
u jnizzel sal-art il-hziena. - Rit .

It-Tieni Qari

Hazin ghalija jekk ma nxandarx l-Evangelju. - 1 Kor 9. 16-19.22-23

Qari mill-Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin

Huti, jekk jiena nxandar l-Evangelju ma ghandix biex niftahar; jien
obbligat naghmlu dan. Hazin ghalija jekk ma nxandarx l-Evangelju!

Jekk dan naghmlu minn rajja, ikolli dritt ghall-hlas; imma jekk
naghmlu ghax obbligat, dan ifisser li qieghed naghmel ix-xoghol li
Alla fdali f’idejja. X’inhu mela l-hlas tieghi? Li meta nxandar
l-Evangelju, inxandru b’xejn, bla ma nfittex id-dritt li jaghtini
l-Evangelju stess.

Ghax ghad li ma jiena marbut ma’ hadd, jien ghamilt lili nnifsi lsir
ta’ kulhadd biex nirbah lil hafna. Sirt dghajjef mad-dghajfin, biex
nirbah id-dghajfin. Sirt kollox ma’ kulhadd, biex insalva lil kulhadd.
Naghmel dan kollu minhabba l-Evangelju biex ikolli sehem minnu.

Il-Kelma tal-Mulej - Irroddu hajr lil Alla

Akklamazzjoni qabel l-Evangelju - (Mt 8, 17)

Hallelujah. Hallelujah
Kristu rafa’ fuqu d-dghufija taghna,
u tghabba bil-mard taghna.
Hallelujah

L-Evangelju
Gesù jfejjaq hafna morda minn bosta mardiet. - Mk 1, 29-39

Qari mill-Evangelju skont San Mark

F’dak iz-zmien, Gesù u d-dixxipli hargu mis-sinagoga u baqghu
sejrin ma’ Gakbu u Gwanni ghand Xmun u Indrì. Issa omm il-mara
ta’ Xmun kienet fis-sodda bid-deni, u malajr qalulu biha. Resaq
lejha, qabadha minn idha u qajjimha. U d-deni hallieha, u bdiet
isservihom.

Filghaxija, imbaghad, fi nzul ix-xemx, hadulu quddiemu lil dawk
kollha li kienu morda jew li kienu mahkuma mix-xitan. U quddiem
il-bieb ingabret il-belt bi hgarha. U fejjaq hafna morda minn kull
xorta ta’ mard, u hareg ghadd kbir ta’ xjaten li hu ma kienx ihallihom
jitkellmu, ghax huma kienu jafu min kien.

L-ghada filghodu kmieni, qabel ma zernaq, qam, hareg u mar f’post
imwarrab u qaghad hemm jitlob. Xmun u shabu l-ohrajn marru
jfittxuh. Kif sabuh, qalulu: «Kulhadd jistaqsi ghalik.» U qalilhom:
«Ejjew immorru band’ohra, fl-irhula tal-qrib, halli nippriedka
hemmhekk ukoll, ghax ghalhekk hrigt.»

U dar il-Galilija kollha, jippriedka fis-sinagogi taghhom u johrog
ix-xjaten.

Il-Kelma tal-Mulej - Tifhir lilek Kristu

L-AĦĦAR POSTS