Gheziez,
Qed nibghatilkom l-attivitajiet principali ghal dawn it-3 xhur li gejjin. Nitlobkom tiehdu nota taghhom u tattendu ghalihom. Tajjeb nieqfu ftit mir-rutina ta’ kuljum u naghtu aktar kaz tal-formazzjoni umana u nisranija taghna. Heggu lil xulxin. Meta jkollna xi zjieda ta’ attivitajiet jew bdil ta’ dati, nibghatilkom updates aktar ‘il quddiem.
L-Arcipriet 8 ta’ Jannar 2012
JANNAR
PJAN PASTORALI GDID
KORS FORMAZZJONI PERMANENTI
L-Erbgha 11 ta’ Jannar fil-Knisja parrokkjali fis-7.00pm, laqgha ohra bis-suggett “Min hi l-Knisja?” Ghalfejn jezistu hafna knejjes meta l-Knisja hi wahda; Knisja lokali u dik universali; knejjes tal-Lvant mifrudin minna. Dan hu suggett interessanti specjalment billi f’Jannar niccelebraw il-Gimgha ghall-Ghaqda bejn il-Knejjes insara. Imexxi Fr Stefan Galea.
SEMINAR GHAL DAWK INVOLUTI FIL-LITURGIJA
SEMINAR GHAL DAWK INVOLUTI FIL-LITURGIJA
Is-Sibt 21 ta’ Jannar se jsir Seminar ghal dawk kollha li qed jaghtu sehemhom fil-liturgija tal-parrocca, is-Sghajtar u San Pawl tat-Targa. Dan se jsir fil-Conference Hall tal-Oratorju bejn id-9.30am u 12.00pm. Se jmexxih id-Djaknu George Schembri bis-suggett: Kif inhejji ruhi spiritwalment qabel ma nitla’ fuq l-Ambone. Huma mistiedna l-Letturi, Animaturi u Ministri tat-Tqarbin. Nittamaw li jaghmlu hilithom u jattendu din il-laqgha ghalihom.
IT-TIELET LAQGHA GHALL-MIZZEWGIN
IT-TIELET LAQGHA GHALL-MIZZEWGIN
FRAR
FESTA TAL-KANDLORA
Il-Hamis 2 ta’ Frar issir il-festa tal-Prezentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju. Fis-6,30pm isir it-tberik tax-xemgha, purcissjoni fil-knisja u koncelebrazzjoni. Billi tahbat ukoll Jum il-Hajja Konsagrata jiehdu sehem ukoll il-Patrijiet Gezwiti u s-sorijiet Dumnikani. Ikanta l-Kor Gaudete in Domino.
KORS FORMAZZJONI PERMANENTI
KORS FORMAZZJONI PERMANENTI
“Storja tal-Knisja I”. Il-Knisja tal-bidu wara l-appostli; il-missirijiet appostolici; il-persekuzzjonijiet u l-martri; l-ewwel ereziji u l-ewwel xizmi. Imexxi d-Djaknu George Schembri.
QUDDIESA KOMUNITARJA - Randan
IR-RABA’ LAQGHA GHALL-MIZZEWGIN
Is-Sibt 18 ta’ Frar ir-raba’ laqgha organizzata mill-Kummissjoni Familja ghall-Mizzewgin fil-Conference Hall tal-Oratorju fis-7.30pm. Jitkellem is-sur Julian Sant Fournier bis-suggett: “L-intimita’ taghna bhala koppja”.
BIDU TAR-RANDAN
BIDU TAR-RANDAN
L-Erbgha 22 ta’ Frar jibda r-Randan Imqaddes. Ghas-6.00pm nibdew ningabru fil-Kappella tal-Gezwiti, Dar Loyola. Hemmhekk jitkanta s-Salm 50, “Ikollok Hniena minni O, Alla”. Wara tibda Mixja Penitenzjali sal-Knisja parrokkjali li fiha titkanta l-Litanija tal-Qaddisin. Fis-6.30pm Koncelebrazzjoni bit-tqeghid tal-Irmied. Dan ikun l-ewwel pellegrinagg tar-Randan.
HEALING SERVICE
HEALING SERVICE
MARZU
EZERCIZZI GHALL-MIZZEWGIN
EZERCIZZI GHALL-MIZZEWGIN
KORS FORMAZZJONI PERMANENTI
PELLEGRINAGG BIR-REDENTUR
N.B. Il-Kunsill Pontificju ghall-Familja se jorganizza s-Seba’ Laqgha Mondjali ghall-Familji Kattolici li se ssir f’MILAN bejn it-30 ta’ Mejju u t-3 ta’ Gunju. Qed isir sforz biex diversi koppji mid-dinja kollha jattendu ghal din il-laqgha. Tkun haga sabiha li anke l-parrocca taghna tkun rapprezentata b’numru ta’ koppji. Min hu nteressat, ikellimni.
L-Arcipriet