UPDATES TAL-ATTIVITAJIET FIL-PARROCCA - NAXXAR

1. Ghadu kif hareg il-PROGRAMM tal-Kors ta’ Formazzjoni Permanenti ghal-Lajci organizzat mill-parrocca taghna. Dan se jsir bi preparazzjoni ghas-SENA TAL-FIDI imhabbra minn Benedettu XVI. Il-laqghat isiru fil-Knisja parrokkjali l-Erbgha darba f’xahar sa Gunju li gej.

2. QUDDIESA KOMUNITARJA ohra ghal-Lajci impenjati se ssir il-Gimgha 25 ta’ Novembru qabel ma jibda l-Avvent. Din issir fil-knisja parrokkjali fis-7.30pm. Kull min b’xi mod hu nvolut f’ hidma ta’ appostolat hu mheggeg jattendi.

3. L-ASSEMBLEA PARROKKJALI se ssir il-Hamis l-1 ta’ Dicembru fil-Conference Hall tal-Oratorju fis-7.15pm. Fiha se jigi pprezentat il-Pjan Pastorali gdid ghall-parrocca ghas-snin 2012 - 2014. Importanti li dawk impenjati fil-parrocca jattendu u jaghmlu s-suggerimenti taghhom.

4. IS-SEMINAR organizzat ta’ kull sena mill-Kummissjoni Liturgija ghal-Letturi, Animaturi u Ministri Straordinarji tat-Tqarbin se jsir is-Sibt 21 ta’ Jannar 2012 fl-Oratorju. Id-Djaknu George Schembri se jitkellem dwar “Kif inhejju ruhna b’mod spiritwali qabel ma nitilghu fuq l-Ambone” Jibda fid-9.30am sa 12.00pm. Kull min qed jaghti sehmu fil-Liturgija hu mheggeg ihalli din il-gurnata libera. Huma mistiedna wkoll dawk tas-Sghajtar u San Pawl tat-Targa.

L-AĦĦAR POSTS