ATTIVITAJIET - APRIL - MEJJU - GUNJU - LULJU - 2011

SEMINAR GHALL-GHARAJJES

Il-Hadd 3 ta’ April se jsir is-Seminar ghall-Gharajjes li se jizzewgu matul din is-sena. Jibda fid-9.30am fl-Annexe u jintemm bil-quddiesa f’12.00pm fejn ikollhom ukoll il-prezentazzjoni tac-certifikati. L-gharajjes jigu notifikati personalment u jkun jehtieg li jibbukkjaw minn qabel.


EZERCIZZI GHAZ-ZGHAZAGH

Bejn it-Tnejn 4 u l-Erbgha 6 ta’ April se jsiru tlett’ijiem ta’ riflessjoni ghaz-zghazagh minn 16-il sena ‘l fuq fil-Conference Hall tal-Oratorju organizzati miz-zghazagh tal-parrocca. Inheggu lil min nafu f’din l-eta’ biex jattendi. Imheggin jattendu dawk fl-eta’ ta’ Sixth Form u tal-Univerista’ jew xi istitut iehor ta’ taghlim.

EZERCIZZI GHAL-KULHADD

Mit-Tnejn 11 sal-Gimgha 15 ta’ April fis-7.00pm: minn Patri Joseph Mamo. OFM, Conv.


CELEBRAZZJONI PENITENZJALI

Il-Hamis 14 ta’ April. Huwa xieraq li bi thejjija ghall-Ghid il-Kbir ningabru flimkien ghal Celebrazzjoni penitenzjali komunitarja fis-7.00pm. Il-predikatur tal-Ezercizzi ghal Kulhadd fil-knisja parrokkjali jaghmel “ezami tal-kuxjenza” lil dawk prezenti. Wara jkun hemm diversi konfessuri ghall-qrar waqt li fil-Knisja ssir l-espozizzjoni ta’ Gesu’ Sagramentat ghall-adorazzjoni privata.


FESTA TA’ MARIJA ADDOLORATA


Il-Gimgha 15 ta’ April. F’pajjizna, fl-ahhar Gimgha tar-Randan issir il-festa popolari ta’ Marija Addolorata. Fil-knisja jkun hemm quddiesa fid-9.30am ghat-tfal tal-iskola primarja u quddiesa ohra fil-5.30pm animata mill-Kor Pueri Cantores. Fis-6.15pm pellegrinagg bl-istatwa tad-Duluri li jghaddi mill-pjazza, Sta Lucija, Zenqa, 21 ta’ Settembru, Eghnieq, Imdina, Vjal il-Labour ghall-pjazza fejn issir celebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali fuq iz-zuntier. Ghat-8.00pm quddiesa ohra.

PROGRAMM TAL-GIMGHA MQADDSA


Hadd 17: HADD IL-PALM

Fl-10.15am tohrog il-purcissjoni mill-Knisja parrokkjali ghal quddiem il-kappella ta’ Santa Lucija fejn isir it-tberik tal-palm u z-zebbug (kulhadd jingabar hdejn il-kappella). Wara tkompli minn Zenqa, 21 ta’ Settembru, Vjal il-Labour ghall-Knisja fejn ghall-11.00am Koncelebrazzjoni bir-rakkont tal-Passjoni skond San Mattew. Il-gabra tallum tmur ghall-ispejjez tal-purcissjonijiet tal-Gimgha l-Kbira u l-Irxoxt.


Tnejn 18: MISERERE MEI, DEUS! – Programm ta’ Muzika Sagra Fis-7.30pm Il-Kor Iubilate Deo janima programm ta’ riflessjonijiet u innijiet sagri ghall-Gimgha Mqaddsa msejjah Miserere Mei, Deus! It-titlu hu mehud minn Salm 50. Ir-riflessjonijiet se jsiru minn Fr. Gordon Refalo, Kappillan tal-parrocca tas-Swatar. Il-programm ikun hekk:

Adoramus Te – (Giovanni Pierluigi da Palestrina)

Crucem Tuam – (Christopher Muscat),

Popule Meus - (Tomas Luis de Victoria);

O Bone Iesu - (G.P. da Palestrina);

O Vos Omnnes - (Giovanni Croce);

O Vittma l-Aktar Safja - (Johann Seb. Bach);

To Thee O Lord - (Felix Mendelssohn);

O Crux Ave - (G.P. da Palestrina);

Miserere Mei - (Antonio Lotti & Gregorio Allegri).

Surmast: Mro Chris Muscat

Organista: Ronald Camilleri


Tlieta 19: IT-TLIETA TAL-GIMGHA L-KBIRA

Fil-Knisja parrokkjali, fis-7.00pm konferenza minn Dun Stefan Galea dwar “Is-sinifikat tat-Tridu Mqaddes”. Kulhadd mistieden ghal din il-konferenza biex nifhmu ahjar dak li se niccelebraw f’dawn il-jiem.


Hamis 21: HAMIS IX-XIRKA

• Fid-9.30am Koncelebrazzjoni f’San Gwann, il-Belt immexxija mill-Arcisqof li fiha jitbierku z-zjut imqaddsa.

• Fis-6.30pm fil-Knisja parrokkjali Koncelebrazzjoni Solenni li fiha nfakkru l-Ahhar Ikla tal-Mulej u t-twaqqif tas-sacerdozju. Fiha jsir hasil riglejn l-Appostli. Waqt l-offertorju jittellghu ukoll l-ampolli biz-zjut tal-Grizma, tal-Katekumeni u tal-Morda.

• Wara Translazzjoni Solenni tas-Sagrament sa l-altar tar-repozizzjoni. Fit-tmiem, issir ic-cerimonja tat-Tnezzieh ta’ l-Altari fil-knisja.

• Il-Vizti jsiru fit-8.30pm mil-Legion of Mary Irgiel u Nisa u fid-9.30pm miz-Zghazagh. Mill-10.30pm sal-11.15pm Adorazzjoni komunitarja li tintemm bit-Talba ta’ Gheluq il-Jum (il-Kompieta). Fic-Centru Gesu’ Hniena Divina jkun hemm l-adorazzjoni tas-Sagrament matul il-lejl kollu.


Gimgha 22: IL-GIMGHA L-KBIRA

Jum ta’ Sawm u Astinenza. Il-knisja parrokkjali tibqa’ miftuha l-gurnata kollha.

Filghodu:

• Il-Vizti jsiru fis-6.30am mill-Grupp Hniena Divina u fis-7.30am mill-Caritas Anzjani u Azzjoni Kattolika.

• Fit-8.30pm kant tal-Ufficcju tal-Qari (il-Matutin) u t-Tifhir ta’ Sbieh il-Jum (il-Lawdi) flimkien mas-sacerdoti tal-parrocca.

• Fl-9.45am Siegha Mqaddsa mmexxija mis-Soci u t-tfal tal-Museum u fil-10.45am l-ahhar Vizti mill-Abbatini.


Wara nofs in-nhar:

• Fis-2.30pm issir il-Via Crucis.

• Fit-3.00pm Tifkira Solenni tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej. Qari tal-passjoni skond San Gwann, Adorazzjoni tas-Salib u Tqarbin.

• Fil-5.30pm tibda hierga l-purcissjoni bil-vari tal-Gimgha l-Kbira bis-sehem tal-baned Peace u Vittorja.


Sibt 23: SIBT IL-GHID

Fit-8.00pm tibda c-celebrazzjoni tal-Vgili tal-Ghid:

• Tberik tan-Nar il-gdid u l-Mixghela tal-Blandun

• Kant tat-Thabbira tal-Ghid (l-Exultet)

• Qari mill-Antik u l-Gdid Testment

• Tberik tal-Ilma u celebrazzjoni tal-Maghmudija

• Liturgija tal-Ewkaristija.


Hadd 24: L-GHID IL-KBIR

Fit-8.30am Koncelebrazzjoni Solenni tal-Ghid il-Kbir u ghall-9.45am tohrog il-purcissjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt. Fl-10.00am u l-11.00am quddies fil-knisja. Hekk kif tidhol il-purcissjoni, fuq iz-zuntier isir it-tberik tal-Hrief tal-Ghid tat-tfal.


MEJJU


FESTA TA’ SAN GUZEPP

Il-Gimgha 6 ta’ Mejju niccelebraw il-festa ta’ San Guzepp fil-parrocca taghna. Fis-6.30pm quddiesa kantata bl-omelija u wara purcissjoni bl-istatwa li tghaddi mill-pjazza, il-Kbira, l-Imdina, is-Salib, il-Gdida, Zenqa, Sta Lucija ghall-knisja Fid-dhul kant tal-Innu ta’ San Guzepp, u celebrazzjoni Ewkaristika. Jiehu sehem il-Kor Gaudete in Domino. Fit-triq ikun hemm hsibijiet u kant. Ilkoll kemm ahna mheggin nattendu ghaliha. Il-Fratelli mheggin jattendu b’mod specjali.


ZJARA LID-DAR TAL-PROVVIDENZA

Il-Gimgha 20 ta’ Mejju, fl-okkazjoni tas-Sena tal-Volontarjat, l-erba’ parrocci ta’ Unita 7, se naghmlu zjara lid-Dar tal-Providenza, is-Siggiewi. Se jkun hemm quddiesa mill-erba’ Kappillani, introduzzjoni mid-Direttur tad-Dar u esperjenzi minn zewg voluntiera li jahdmu fid-Dar. Wara jkun hemm drinks ghal dawk prezenti. L-erba’ parrrocci se nipprezentaw rigal lil din id-Dar li se jingabar matul il-jiem tar-Randan. Id-Dar tal-Providenza tixtieq tinstalla lift li se jiswa’ €23000. Ahna nippruvaw nghinuhom kemm nistghu.


KUNCERT SINFONIKU

Il-Malta Philarmonic Orchestra se tesegwixxi “Kuncert tal-Komunita’” fil-Knisja Arcipretali tan-Naxxar, il-Hamis 26 ta’ Mejju fis-7.30pm. Il-programm jinkludi:
G.F.Handel: Sinfonia “Arrival of the Queen of Sheba “ from Solomon
J.Vella: Lament
W.A Mozart: Ave Verum
G. Caccini: Ave Maria
J.S. Bach: Toccata & Fugue
J.S. Bach: Jesus Joy of Man’s Desiring
J. Fenech: Ave Maria
G. Faure’: “Pie Jesu” from Requiem
F. Mendelssohn: Paulus (Overture)

Soprano: Claudia Tabone
Conductor: Christopher Muscat
General Manager – Artistic Operations
Director, Iubilate Deo Choir, Naxxar

Kulhadd hu mheggeg jattendi ghal dan il-kuncert li zgur jghinna nelevaw hsibijietna lejn il-Mulej. Nigu ahna u nhajru ohrajn ghalih.


TALB SPECJALI GHALL-FAMILJI

Ahna mheggin biex fl-ahhar gimgha qabel it-28 ta’ Mejju naghmlu talb specjali ghat-tishih tal-familji Maltin u sabiex il-Maltin jaghmlu l-ahjar ghazla ghall-generazzjonijiet li gejjin.

Bejn it-Tnejn 23 u l-Hamis 26 ta’ Mejju ningabru l-Knisja parrokkjali fis-7.00pm biex nirrecitaw flimkien ir-Ruzarju Mqaddes. Dan ikun immexxi mis-sacerdoti tal-parrocca b’riflessjoni fuq kull misteru. Wara, nesponu ‘l Gesu’ Sagramentat ghal hin ta’ adorazzjoni u fl-ahhar tinghata l-Barka sagramentali. Il-Hamis, minhabba l-Kuncert sinfoniku l-quddiesa tas-6.30pm u r-ruzarju jsiru fl-Oratorju. Il-Gimgha 27, imbaghad niccelebraw il-festa tal-Madonna tad-Duttrina u r-ruzarju jinghad waqt il-purcissjoni. Nattendu flimkien bi hgarna ghal dan it-talb specjali.


FESTA TAL-MADONNA TAD-DUTTRINA

Il-Gimgha 27 ta’ Mejju se niccelebraw il-festa tal-Madonna tad-Duttrina. Fis-6.30pm quddiesa kantata u wara purcissjoni bl-istatwa tal-Madonna mit-toroq tas-soltu. Ilkoll imheggin niehdu sehem inkluz il-Fratelli. Matul it-triq ikun hemm riflessjonijiet u jinghad ir-Ruzarju. Fid-dhul, kant tas-Salve Regina u Barka Sagramentali.


GUNJU


FESTA TA’ PENTEKOSTE

Din il-festa importanti fil-kalendarju tal-Knisja se tigi ccelebrata b’dan il-mod fil-parrocca taghna:

- Il-Gimgha 10: fit-7.45pm quddiesa komunitarja ghal-lajci impenjati fil-Knisja parrokkjali;

- Is-Sibt 11: fis-6.00pm Ghasar kantat bil-Malti u Barka Sagramentali. Ikollna folji apposta biex insegwuh. Fis-6.30pm quddiesa. Fis-7.30pm tibda celebrazzjoni Djocesana tal-Vgili ta’ Pentekoste.

- Il-Hadd 12: Fid-9.30am quddiesa kantata fil-knisja parrokkjali. Ghaliha huma mistiedna t-tfal li se jaghmlu l-Grizma tal-Isqof flimkien mal-genituri u l-parrini taghhom, anke dawk taz-zoni.


L-EWWEL TQARBINA

Ic-celebrazzjoni tal-ewwel Tqarbina se ssir hekk:

- is-Sibt 18, fil-5.00pm ghat-tfal li jattendu d-duttrina fic-centru ta’ s-Sghajtar;

- il-Hadd 19, fl-10.00am ghat-tfal li jattendu d-duttrina fic-centri tal-Museum;

- il-Hadd 19, fil-5.00pm ghat-tfal li jattendu fic-centru ta’ San Pawl tat-Targa.


KWARANTURI U L-FESTA TA’ CORPUS DOMINI

Billi din is-sena l-festa tal-Qalb ta’ Gesu’ gejja tard - fil-bidu ta’ Lulju, u billi l-ewwel jum tal-kwaranturi se jkun fl-Imnarja - festa pubblika, il-Kwaranturi din is-sena se jigu amalgamati mal-festa ta’ Corpus. Ghalhekk, il-festa tigi ccelebrata b’dan il-mod:

* L-Erbgha 22, il-Hamis 23 u l-Gimgha 24 huma jiem ta’ Kwaranturi Solenni. Wara l-quddiesa tad-8.45am nesponu ‘l Gesu’ Sagramentat ghall-adorazzjoni sa 12.00pm. Nergghu nesponu fl-4.30pm sal-quddiesa tas-6.30pm. Fis-7.00pm Adorazzjoni komunitarja li tintemm bil-Barka Sagramentali.

* is-Sibt 25: fis-6.00pm Ghasar kantat bil-Malti u Barka Sagramentali. Ikollna folji apposta. Fis-6.30pm quddiesa. Jiehu sehem il-Kor Gaudete in Domino.

* il-Hadd 26: fis-6.30pm Koncelebrazzjoni Solenni u wara purcissjoni bis-Sagrament li tghaddi mit-toroq tas-soltu. Fid-dhul, celebrazzjoni ewkaristika. Jiehu sehem il-Kor Iubilate Deo. Ilkoll kemm ahna mheggin niehdu sehem fiha. Matul il-purcissjoni jkun hemm talb, riflessjonijiet u kant. Il-Fratelli mheggin jattendu.


KUNSILLI PARROKKJALI TAL-UNITA’

Il-Hamis 23 ta’ Gunju se ssir laqgha kongunta ghall-membri tal-erba’ parrocci ta’ Unita’ 7. Il-membri tal-Kunsilli Pastorali Parrokkjali tal-erba’ parrocci jiltaqghu flimkien halli jiehdu l-formazzjoni flimkien. Se jindirizzahom l-Onor iMhallef Joseph Micallef, Moderatur tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali ta’ H’Attard, bit-tema “Il-Lajk f’Socjeta’ Pluralistika”. Din se ssir fil-Conference Hall tal-Oratorju, Naxxar, fis-7.30pm.


LULJU FESTA TAL-QALB TA’ GESU’

Il-Gimgha 1 ta’ Lulju hija l-festa liturgika tal-Qalb ta’ Gesu’. Fis-6.00pm quddiesa kantata u fis-6.45pm purcissjoni bis-Sagrament li tghaddi mill-pjazza, Vjal il-Labour, Vjal 21 ta’ Sett., Zenqa, Sta. Lucija ghall-knisja fejn issir il-Konsagrazzjoni tal-parrocca lill-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu’ u tinghata l-Barka Sagramentali.


L-EWWEL SIBT TAL-BAMBINA

Is-Sibt 9 ta’ Lulju niccelebraw l-ewwel Sibt bi thejjija ghall-festa ta’ Marija Bambina. Wara, kant tas-Salve Regina, Antifona u Barka Sagramentali. Jiehu sehem il-Kor Iubilate Deo. Ilkoll imheggin nattendu biex nibdew inhejju ruhna ghal din il-festa hekk ghaziza ghalina.


L-ARCISQOF FOSTNA

It-Tlieta 30 ta’ Awwissu, Mons. Arcisqof se jmexxi Koncelebrazzjoni fit-tieni jum tan-Novena ta’ Marija Bambina fil-Knisja Arcipretali fis-6.30pm. Ghaliha huma mistiedna l-Lajci impenjati kollha u l-membri tal-Ghaqdiet kif ukoll il-Kunsill Lokali, il-membri tal-kazini, ghaqdiet u assoccjazzjonijiet civili tan-Naxxar. Inzommu din id-data libera biex nattendu lkoll.

L-AĦĦAR POSTS