Avviżi - Jannar 2025

    05/01/2025


L-EVANĠELJU
Ġejna mil-Lvant nagħtu qima lis-Sultan. Mt 2, 1-12

IT-TNEJN
Fl-Oratorju fis-7:15 p.m. jibda Get-Together għall-ministri tat-tqarbin, il-letturi kif ukoll l-animaturi.

L-ERBGĦA
Wara l-quddiesa tad-8:45 a.m, jerġgħu jibdew il-laqgħat organizzati mill-Azzjoni Kattolika, inħeġġu lin-nisa jattendu għal dawn il-laqgħat ta’ formazzjoni.

IL-ĦAMIS 
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-grupp tal-Ħniena Divina u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.

IS-SIBT 
Fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-5:30 p.m., ikkonċelebrata mill-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali Mons. Joseph Galea Curmi għall-koppji għarajjes li se jiżżewġu matul is-sena 2025.

IL-ĦADD 
Niċċelebraw il-festa tal-Magħmudija tal-Mulej. Fid-9:00 a.m. jiġi ċċelebrat is-sagrament tal-magħmudija u fid-9:30 a.m. quddiesa għat-tfal kollha.

NOTI
Min jixtieq jixtri kalendarju tas-sena ġdida maħruġ mill-kumitat tal-festa jistaqsi fis-sagristija.

L-Arċisqof Charles Scicluna għażel il-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina Naxxar bħala waħda mill-knejjes li fihom tista’ tirbaħ l-indulġenza plenarja, dejjem skont ir-rekwiżiti meħtieġa matul din is-sena tal-Ġublew tat-Tama. Il-Knisja tgħallem li d-dnubiet jinħafru permezz tal-qrar waqt li l-indulġenza teħilsek mill-pwieni tagħhom.

Nhar it-Tlieta 14 ta’ Jannar se jkollna Coffee Morning fl-Oratorju. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.

Nitolbu għal ruħ Patri Charles Delia S.J., li miet din il-ġimgħa mill-parroċċa tagħna. 

Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fil-paċi. Ammen.

L-AĦĦAR POSTS