Avviżi - Novembru 2024
3/11/2024
L-EVANĠELJU
Il-kmandament tal-imħabba ta’ Alla u tal-proxxmu. Mk 12:28b-34
IL-ĦADD
Illum fiċ-Ċimiterju fl-4:00 p.m. se jkun hemm quddiesa. Wara jsir it-tberik tal-oqbra. Matul Novembru ċ-Ċimiterju jkun miftuħ sal-5:00
p.m.
IT-TLIETA
Fl-10:00 a.m. fl-annexe ser issir il-laqgħa tar-romol għan-nisa u l-irġiel. Inħeġġuhom jattendu.
L-ERBGĦA
Fil-quddiesa tad-8:45 a.m., isir it-tesserament tal-membri tal-Azzjoni Kattolika, inżommuhom fit-talb tagħna.
IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin t’adorazzjoni mill-grupp tal-Leġjun ta’ Marija, fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
IS-SIBT
Fl-4:30 p.m. ikun hawn quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Konfermazzjoni għall-adolexxenti tal-MUSEUM. Ma jkunx hawn quddiesa fis-6:30 p.m.
IL-ĦADD
Fl-4:30 p.m. ikun hawn quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Konfermazzjoni għall-adolexxenti li ġejjin miż-żona Familja Mqaddsa Sgħajtar.
NOTI
Nhar il-Ħamis 14 ta’ Novembru se jkollna Coffee Morning fl-Oratorju. Biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.
Fil-weekend tad-19 u l-20 ta' Ottubru ġbarna 2,723 ewro b'risq il-missjoni mill-Kolleġġjata tagħna. Grazzi.
Nitolbu għall-erwieħ ta’ Marija Fenech, Doris Micallef u Marija Falzon li mietu din il-ġimgħa.
Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta' dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen.