Saturday, August 4, 2012

AVVIZI - IT-18 - IL HADD TA' MATUL IS-SENA - 5 AWWISSU 2012



Hadd 5:       Fil-11.00am fl-Annexe issir il-laqgha ghal dawk li jixtiequ jerfghu fil-vara tal-Bambina din is-sena.

Tnejn 6:      Fl-10.00am quddiesa fic-cimiterju tal-parrocca fl-ewwel Tnejn tax-xahar.

Erbgha 8 u Hamis 9:  Mill-5.30pm ‘il quddiem, fl-Annexe isir il-booking ghal min 
sejjer ghall-pellegrinagg f’ta’ Pinu Ghawdex fl-14 ta’ Awwissu filghaxija.

Hamis 9:     Fis-7.00pm adorazzjoni fil-knisja parrokkjali.  
Fis-7.30pm jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali.

Sibt 11:       Is-Sitt Sibt tal-Bambina. Fis-6.00pm ruzarju, kurunella, Salve, Antifona 
u Barka Sagramentali.  
Fis-6.30pm quddiesa bl-omelija.  
L-adorazzjoni ghall-qdusija tal-Kleru se ssir fil-parrocca tal-Fleur de Lys.  
Jibdew fid-9.00pm bil-quddiesa u tibqa’ sejra bl-adorazzjoni sal-11.00pm. 



1.                 Nitolbu ghal hutna minn din il-komunita’ li hallewna matul ix-xahar ta’ Lulju:Nikola Farrugia, Antonia Pirotta, William Bowell, Carmela Grech, Guzeppi Deguara u Teresa Debono.  Aghtihom, O Mulej, il-mistrieh ta’ dejjem…

2.                 Infakkru li matul din il-gimgha se jibdew jingabru l-Envelopes tal-Festa mid-distributuri.  Aktar tard tinghataw ukoll il-Programm tal-festa.  Nittamaw li kulhadd jaghmel l-almu tieghu halli jkollna  gabra tajba biex issir festa xierqa lil Ommna Marija Bambina.  Il-Kumitat tal-Festa din is-sena wkoll se johrog diversi opri godda u ohrajn restawrati fit-toroq.  Nittamaw li kulhadd jghin kemm jista’.

3.                 Infakkru li minn hawn u ftit tal-granet ohra, il-kuntrattur tad-dawl se jibda x-xoghol tieghu fit-toroq ghall-festa.  Nitolbu lir-residenti biex jikkoperaw mieghu halli ma jkollnix diffikultajiet fil-mixghela tat-toroq.  Nitolbu l-koperazzjoni ta’ kulhadd.

4.                 Billi llum jahbat l-ewwel Hadd tax-xahar issir l-ewwel gabra ghall-festa ta’ Marija Bambina.  Nittamaw il-generozita’ taghkom.  Grazzi bil-quddiem.