Saturday, April 7, 2012

AVVIZI - L-GHID IL-KBIR - 8 ta' APRIL, 2012

Hadd 8 ta' April: Fit-8.30am Koncelebrazzjoni tal-Ghid il-Kbir u wara tohrog il-purcissjoni ta’ Kristu Rxoxt. Quddies iehor filghodu jkun fl-10.00am u l-11.00am. Wara li tidhol il-purcissjoni ghal 12.00pm, fuq iz-zuntier isir it-tberik tal-Hrief ta’ l-Ghid tat-tfal.

Tnejn 9 ta' April: Jibda t-tberik tal-familji fi zmien il-Ghid fil-5.00pm. Kemm jista’ jkun ghandu jkun hemm il-familja kollha prezenti sabiex nitolbu flimkien mas-sacerdot.
L-offerti taghkom imorru ghad-diversi xogholijiet li jsiru fil-parrocca.

Sibt 14 ta' April: Issir l-Adorazzjoni ghall-qdusija tal-Kleru fil-parrocca taghna. Tibda fid-9.00pm bil-quddiesa u tibqa’ sejra bl-adorazzjoni sal-11.00pm. Ilkoll imheggin nattendu din l-adorazzjoni li se ssir fil-parrocca taghna specjalment il-lajci impenjati.

Hadd 15 ta' April: Tahbat l-Ottava tal-Ghid il-Kbir. Issir il-festa ta’ Gesu’ Hniena Divina fis-santwarju ddedikat lilu f’San Pawl tat-Targa. Matul il-gimgha tkompli n-Novena tal-Hniena Divina fil-Knisja Parrokkjali qabel l-quddiesa tas-6.30pm.


1. L-Arcipriet flimkien mal-Kleru jixtiequ l-Ghid it-tajjeb lill-membri tal-parrocca kif ukoll lil dawk li jiehdu sehem maghna fil-quddiesa tal-Hadd u li jigu minn parrocci ohra. Jalla l-qawmien ta’ Gesu’ mill-imwiet igib ukoll qawmien spiritwali fil-hajja ta’ kull wiehed u wa]da minna.

2. Hdejn l-antiporti hemm il-kaxxi ghall-offerti taghna ghall-familji fil-bzonn f’dawn il-granet li imbaghad jitqassmu mill-Azzjoni Kattolika.

3. L-offerti taghkom ghar-rigal tal-Ghid li se naghtu lid-Dar tal-Anzjani s’issa jlahhqu €1790. Minn dawn, €1100 gejjin mill-Karus ta’ Mhabba tat-tfal. Ghalhekk ghad jonqos €610 biex tingabar is-somma kollha. Nittamaw li dawn jingabru fil-jiem li gejjin. Fil-knisja hemm envelopes apposta.

4. Il-gbir tallum imur kollu ghall-ispejjez ta’ dawn il-festi tal-Ghid. Nittamaw fil-generozita’ taghkom sabiex ikollna gabra tajba. Grazzi hafna.