Hamis 2 ta' Frar: Festa tal-Prezentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju – il-Kandlora.
Fis-6.30pm isir it-tberik tax-xemgha, purcissjoni fil-Knisja u quddiesa bl-omelija.
Billi jahbat ukoll Jum il-Hajja Konsagrata jiehdu sehem ukoll uhud mill-patrijiet Geswiti kif ukoll ir-religjuzi Dumnikani. Ilkoll kemm ahna mheggin nattendu ghal din ic-celebrazzjoni.
Gimgha 3 ta' Frar: L-ewwel Gimgha tax-xahar.
Fil-5.00pm quddiesa u wara adorazzjoni fis-skiet sal-quddiesa tas-6.30pm. Ikun hawn kotba apposta ghall-adorazzjoni.
Bi preparazzjoni ghas-Sena tal-Fidi, kull l-ewwel Gimgha tax-xahar se tibda ssir ADORAZZJONI KOMUNITARJA ezatt wara l-quddiesa ta’ filghaxija. Ikun hemm tifhir, riflessjonijiet minn sacerdot, kif ukoll hin ta’ adorazzjoni. Il-kant jitmexxa mill-grupp Holy Trinity. Inheggu lil kulhadd, b’mod specjali lil lajci impenjati kollha biex nhar il-Gimgha jattendu ghal din l-adorazzjoni.
Sibt 4 ta' Frar: Fis-6.30pm quddiesa b’suffragju ghal dawk li mietu matul ix-xahar ta’ Jannar. Il-qraba taghhom huma mistiedna jattendu ghaliha.
* Id-distributuri tal-FLIMKIEN huma mhegga jidhlu fis-sagristija ghall-harga ta’ Frar. Nirringrazzjawkom jekk taghtu offerta ghall-ispejjez tieghu lid-distributuri.
* Infakkru li fil-website tal-parrocca, http://www.bambinanaxxar.org/ hemm l-attivitajiet fid-dettal ghal dawn it-3 xhur li qeghdin fihom. Hemm ukoll ir-ritratti tal-festi tal-Milied. L-avvizi ta’ kull gimgha jkunu wkoll fuq il-website kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliz.
* Naghmlu appell biex kemm jista’ jkun nattendu ghall-quddiesa ta’ kuljum. Fil-parrocca taghna ghandna l-opportunita’ li ghandna diversi quddies mhux biss fil-knisja parrokkjali izda anke fil-kappelli l-ohra inkluz dawk taz-zoni. Tajjeb li jattendu kemm l-adulti kif ukoll iz-zghazagh u t-tfal. Il-Kelma t’Alla u l-Ewkaristija ghandna bzonnhom kuljum.